Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 62022CN0362
Case C-362/22: Request for a preliminary ruling from the Tribunalul București (Romania) lodged on 3 June 2022 — VS, TU, RW v Ryanair DAC
Kawża C-362/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Ġunju 2022 – VS, TU, RW vs Ryanair DAC
Kawża C-362/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Ġunju 2022 – VS, TU, RW vs Ryanair DAC
ĠU C 368, 26.9.2022, p. 15-15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Ġunju 2022 – VS, TU, RW vs Ryanair DAC
(Kawża C-362/22)
(2022/C 368/22)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VS, TU, RW
Konvenut: Ryanair DAC
Domanda preliminari
L-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jibbenefikaw mill-kumpens previst fl-Artikolu 7, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 4(3), anki l-persuni li jivvjaġġaw mal-persuna li ma tħallietx titla’ u li, għalkemm tħallew jitilgħu, ma għadhomx jixtiequ jew ma għadhomx interessati li jagħmlu l-vjaġġ mingħajr il-persuna li ma tħallietx titla’?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.