Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0393

    Kawża C-393/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky fil-15 ta’ Ġunju 2022 – EXTÉRIA, s.r.o. vs Spravíme, s. r. o.

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/32


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky fil-15 ta’ Ġunju 2022 – EXTÉRIA, s.r.o. vs Spravíme, s. r. o.

    (Kawża C-393/22)

    (2022/C 359/36)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší soud České republiky

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: EXTÉRIA, s.r.o.

    Konvenut: Spravíme, s. r. o.

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi” jkopri wkoll kuntratt preliminari (pactum de contrahendo) li fil-kuntest tiegħu il-partijiet impenjaw ruħhom li jikkonkludu kuntratt futur li jkun kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni?


    (1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


    Top