This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0580
Case C-580/21: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 22 September 2021 — EEW Energy from Waste Großräschen GmbH v MNG Mitteldeutsche Netzgesellschaft Strom GmbH
Kawża C-580/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Settembru 2021 – EEW Energy from Waste Großräschen GmbH vs MNG Mitteldeutsche Netzgesellschaft Strom GmbH
Kawża C-580/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Settembru 2021 – EEW Energy from Waste Großräschen GmbH vs MNG Mitteldeutsche Netzgesellschaft Strom GmbH
ĠU C 502, 13.12.2021, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 502/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Settembru 2021 – EEW Energy from Waste Großräschen GmbH vs MNG Mitteldeutsche Netzgesellschaft Strom GmbH
(Kawża C-580/21)
(2021/C 502/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: EEW Energy from Waste Großräschen GmbH
Konvenut: MNG Mitteldeutsche Netzgesellschaft Strom GmbH
Parti oħra: 50Hertz Transmission GmbH
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 16(2)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), flimkien mal-Artikolu 2(a) u (e) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li prijorità għall-finijiet tal-alimentazzjoni tal-grilja tal-elettriku għandha tingħata wkoll lill-installazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-elettriku li fihom dan jiġi ġġenerat permezz ta’ trattament termiku ta’ skart imħallat, liema skart jinkludi proporzjon varjabbli ta’ skart industrijali u muniċipali bijodegradabbli? |
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-għoti ta’ prijorità għall-finijiet tal-alimentazzjoni tal-grilja tal-elettriku previst fl-Artikolu 16(2)(c) tad-Direttiva 2009/28 huwa dipendenti fuq id-daqs tal-proporzjon ta’ skart bijodegradabbli użat fil-produzzjoni tal-elettriku bil-mod deskritt fl-ewwel domanda? |
3) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, fir-rigward tad-daqs tal-proporzjon ta’ skart bijodegradabbli, hemm limitu li taħtu r-regoli applikabbli għall-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ma japplikawx għall-elettriku prodott? |
4) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, dan il-limitu jikkorrispondi għal-liema proporzjon ta’ skart bijodegradabbli, u kif għandu jiġi ddeterminat? |
5) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel u għat-tieni domanda, jekk l-elettriku, li parti minnu biss hija prodotta minn skart bijodegradabbli, jibbenefika mil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jista’ jiġi invokat ir-ratio legis tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2009/28 sabiex din il-leġiżlazzjoni tapplika biss għall-parti tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, liema parti tiġi għalhekk ikkalkolata abbażi tal-kontenut enerġetiku ta’ kull sors tal-enerġija? |