Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0070

Kawża C-70/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – YL vs Altenrhein Luftfahrt GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Konvenzjoni ta’ Montréal – Artikolu 17(1) – Responsabbiltà tat-trasportaturi tal-ajru f’każ ta’ inċident – Kunċett ta’ “inċident” – Inżul bis-saħħa li jkun fil-limiti ta’ funzjonament normali tal-ajruplan – Ħsara fuq il-persuna allegatament subita minn passiġġier matul tali nżul – Assenza ta’ inċident)

ĠU C 278, 12.7.2021, pp. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – YL vs Altenrhein Luftfahrt GmbH

(Kawża C-70/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montréal - Artikolu 17(1) - Responsabbiltà tat-trasportaturi tal-ajru f’każ ta’ inċident - Kunċett ta’ “inċident” - Inżul bis-saħħa li jkun fil-limiti ta’ funzjonament normali tal-ajruplan - Ħsara fuq il-persuna allegatament subita minn passiġġier matul tali nżul - Assenza ta’ inċident)

(2021/C 278/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YL

Konvenut: Altenrhein Luftfahrt GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, li kienet iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999 u approvata għan-nom tagħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “inċident” previst minn din id-dispożizzjoni ma jkoprix inżul li jkun seħħ b’mod konformi mal-proċeduri u mal-limitazzjonijiet operattivi applikabbli għall-ajruplan inkwistjoni, inklużi t-tolleranzi u l-marġni previsti fir-rigward tal-fatturi ta’ prestazzjoni li għandhom effett sinjifikattiv fuq l-inżul, kif ukoll billi jittieħdu inkunsiderazzjoni regoli tal-arti u l-aħjar prattiki fil-qasam tal-operat tal-ajruplani, anki jekk il-passiġġier ikkonċernat jipperċepixxi dan l-inżul bħala avveniment mhux previst.


(1)  ĠU C 201, 15.06.2020.


Top