Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0011

Kawża C-11/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna ddikkjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE – Kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena – Telf sostnut minn bdiewa – Għajnuna ta’ kumpens – Obbligu ta’ rkupru – Obbligu ta’ informazzjoni – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

ĠU C 278, 12.7.2021, pp. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-11/20) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikkjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE - Kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena - Telf sostnut minn bdiewa - Għajnuna ta’ kumpens - Obbligu ta’ rkupru - Obbligu ta’ informazzjoni - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

(2021/C 278/19)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u T. Ramopoulos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Tsaousi, E. Leftheriotou, u A. Vasilopoulou, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009, u billi ma informatx b’mod suffiċjenti lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri meħuda b’applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll taħt it-Trattat FUE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020


Top