Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 62019CA0913
Case C-913/19: Judgment of the Court (Third Chamber) of 20 May 2021 (request for a preliminary ruling from the Sąd Rejonowy w Białymstoku — Poland) — CNP spółka z ograniczoną odpowiedzialnością v Gefion Insurance A/S (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in civil matters — Jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters — Regulation (EU) No 1215/2012 — Jurisdiction in insurance matters — Article 10 — Article 11(1)(a) — Ability to sue an insurer domiciled in a Member State in another Member State, in the case of actions brought by the policyholder, the insured person or a beneficiary, in the courts of the place where the person bringing the claim is domiciled — Article 13(2) — Action brought by the injured party directly against the insurer — Scope ratione personae — Concept of ‘injured party’ — Business active in the insurance sector — Special jurisdiction — Article 7(2) and (5) — Concept of ‘branch’, ‘agency’ or ‘other establishment’)
Kawża C-913/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Białymstoku – Il-Polonja) – CNP spółka z ograniczoną odpowiedzialnością vs Gefion Insurance A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni – Artikolu 10 – Artikolu 11(1)(a) – Possibbiltà li l-assiguratur b’domiċilju fit-territorju ta’ Stat Membru jiġi mħarrek fi Stat Membru ieħor, fil-każ ta’ azzjonijiet miġjuba mid-detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni, mill-persuna assigurata jew minn benefiċjarju, quddiem il-qorti tal-post fejn ir-rikorrent għandu d-domiċilju tiegħu – Artikolu 13(2) – Azzjoni diretta mressqa mill-persuna leża kontra l-assiguratur – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Kunċett ta’ “persuna leża” – Professjonist tas-settur tal-assigurazzjoni – Ġurisdizzjoni speċjali – Il-punti 2 u 5 tal-Artikolu 7 – Kunċetti ta’ “fergħa”, ta’ “aġenzija” jew ta’ “stabbiliment ieħor”)

ĠU C 278, 12.7.2021, p. 11-12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Białymstoku – Il-Polonja) – CNP spółka z ograniczoną odpowiedzialnością vs Gefion Insurance A/S
(Kawża C-913/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni - Artikolu 10 - Artikolu 11(1)(a) - Possibbiltà li l-assiguratur b’domiċilju fit-territorju ta’ Stat Membru jiġi mħarrek fi Stat Membru ieħor, fil-każ ta’ azzjonijiet miġjuba mid-detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni, mill-persuna assigurata jew minn benefiċjarju, quddiem il-qorti tal-post fejn ir-rikorrent għandu d-domiċilju tiegħu - Artikolu 13(2) - Azzjoni diretta mressqa mill-persuna leża kontra l-assiguratur - Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae - Kunċett ta’ “persuna leża” - Professjonist tas-settur tal-assigurazzjoni - Ġurisdizzjoni speċjali - Il-punti 2 u 5 tal-Artikolu 7 - Kunċetti ta’ “fergħa”, ta’ “aġenzija” jew ta’ “stabbiliment ieħor”)
(2021/C 278/15)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Białymstoku
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CNP spółka z ograniczoną odpowiedzialnością
Konvenut: Gefion Insurance A/S
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fil-każ ta’ tilwima bejn, minn naħa, professjonist li xtara kreditu miżmum, oriġinalment, minn persuna leża fil-konfront ta’ impriża tal-assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili u, min-naħa l-oħra, din l-istess impriża tal-assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili, b’tali mod li huwa possibbli li l-ġurisdizzjoni ġudizzjarja sabiex tingħata deċiżjoni dwar tali tilwima tkun ibbażata, jekk ikun il-każ, fuq il-punt 2 tal-Artikolu 7 jew fuq il-punt 5 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament. |
|
2) |
Il-punt 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija li teżerċita, fi Stat Membru, bis-saħħa ta’ kuntratt konkluż ma impriża tal-assigurazzjoni stabbilita fi Stat Membru ieħor, f’isem u għan-nom ta’ din tal-aħħar, attività ta’ likwidazzjoni ta’ danni fil-kuntest tal-assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili obbligatorja għal vetturi bil-mutur għandha titqies bħala li hija fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din il-kumpannija:
|