Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XC1030(01)

    Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping 2020/C 366/08

    C/2020/7387

    ĠU C 366, 30.10.2020, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 366/12


    Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping

    (2020/C 366/08)

    1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

    2.   Proċedura

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad ikollhom l-opportunità jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

    3.   Limitu ta’ żmien

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li trid tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

    4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

    Prodott

    Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

    Miżuri

    Referenza

    Data ta’ skadenza (3)

    Żbarri u vireg tal-azzar b’reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit

    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    Dazju anti-dumping

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1246 tat-28 ta’ Lulju 2016 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ żbarri u vireg tal-azzar b’reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    (ĠU L 204, 29.7.2016, p. 70)

    30.7.2021


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

    (3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


    Top