Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0623

    Kawża T-623/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2020 – ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Direttiva 2003/87/KE – Sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Deċiżjoni 2011/278/UE – Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet bla ħlas – Emenda tat-tabella nazzjonali ta’ allokazzjoni li tikkonċerna l-Ġermanja għall-perijodu bejn l-2013 u l-2020 – Estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 209, 22.6.2020, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 209/28


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2020 – ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-623/19) (1)

    (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Direttiva 2003/87/KE - Sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Deċiżjoni 2011/278/UE - Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet bla ħlas - Emenda tat-tabella nazzjonali ta’ allokazzjoni li tikkonċerna l-Ġermanja għall-perijodu bejn l-2013 u l-2020 - Estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2020/C 209/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: ArcelorMittal Bremen GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u L. Buschmann, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Becker, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset b’mod illegali milli tieħu deċiżjoni dwar il-kwantità annwali totali ta’ kwoti ta’ emissjonijiet li għandhom jiġu allokati bla ħlas għal estensjoni sinjifikattiva ta’ kapaċità fir-rigward ta’ installazzjoni sekondarja tar-rikorrenti b’parametru ta’ referenza għal prodott fir-rigward tal-metall imdewweb u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Lulju 2019 fir-rigward tal-intimazzjoni tar-rikorrenti fl-1 ta’ Lulju 2019.

    Dispożittiv

    1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


    Top