Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0065

    Kawża C-65/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Frar 2020 – VI vs KRONE – Verlag Gesellschaft mbH & Co KG

    ĠU C 209, 22.6.2020, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 209/4


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Frar 2020 – VI vs KRONE – Verlag Gesellschaft mbH & Co KG

    (Kawża C-65/20)

    (2020/C 209/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: VI

    Konvenuta: KRONE – Verlag Gesellschaft mbH & Co KG

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 2 flimkien mal-Artikoli 1 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa wkoll prodott (difettuż) kopja fiżika ta’ gazzetta ta’ kuljum li fiha suġġeriment dwar is-saħħa teknikament skorrett, li l-konformità miegħu tikkawża ħsara lis-saħħa?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.


    Top