Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0869

    Kawża T-869/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Tetra vs EUIPO – Neusta next (Wave)

    ĠU C 61, 24.2.2020, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/54


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Tetra vs EUIPO – Neusta next (Wave)

    (Kawża T-869/19)

    (2020/C 61/69)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tetra GmbH (Melle, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Kessler, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Neusta next GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Wave” - Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 324 042

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2440/2018-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll l-annullament tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Nru 12 324 042;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top