Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0851

    Kawża T-851/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2019 – Body Attack Sports Nutrition vs EUIPO – Sakkari (SAKKATTACK)

    ĠU C 61, 24.2.2020, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/49


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2019 – Body Attack Sports Nutrition vs EUIPO – Sakkari (SAKKATTACK)

    (Kawża T-851/19)

    (2020/C 61/63)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Body Attack Sports Nutrition GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Labesius, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maria Sakkari (Nikosija, Ċipru)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni figurattiva “SAKKATTACK” bil-kuluri iswed, aħmar, isfar, abjad u griż – Applikazzjoni għar-reġsitrazzjoni Nru 16 603 557

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2560/2018-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tordna li din il-kawża tiġi magħquda mal-Kawża T-788/19;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

    Ksur tar-regola ta’ trattament ugwali u ta’ amministrazzjoni xierqa;

    Ksur tal-Artikolu 94(1)(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top