Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0066

    Kawża T-66/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2019 – Vlaamse Gemeenschap u Vlaams Gewest vs Il-Parlament u l-Kunsill (“Rikors għal annullament – Suq intern – Libertajiet Fundamentali – Regolament (UE) 2018/1724 – Stabbiliment ta’ gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi – Awtorità infrastatali – Locus standi – Inċidenza individwali – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 61, 24.2.2020, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/40


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2019 – Vlaamse Gemeenschap u Vlaams Gewest vs Il-Parlament u l-Kunsill

    (Kawża T-66/19) (1)

    (“Rikors għal annullament - Suq intern - Libertajiet Fundamentali - Regolament (UE) 2018/1724 - Stabbiliment ta’ gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi - Awtorità infrastatali - Locus standi - Inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

    (2020/C 61/51)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Vlaamse Gemeenschap (il-Belġju) u Vlaams Gewest (il-Belġju) (rappreżentanti: T. Eyskens, N. Bonbled u P. Geysens, avukati)

    Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. McDowell, R. van de Westelaken u M. Peternel, aġenti), u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel u O. Segnana, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU 2018, L 295, p. 1),

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Vlaamse Gemeenschap u Vlaamse Gewest għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    4)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mat-talba għal invervent.


    (1)  ĠU C 122, 1.4.2019.


    Top