Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0624

    Kawża T-624/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Gres de Aragón vs EUIPO (GRES ARAGÓN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GRES ARAGÓN – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ liġi)

    ĠU C 61, 24.2.2020, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Gres de Aragón vs EUIPO (GRES ARAGÓN)

    (Kawża T-624/18) (1)

    (Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GRES ARAGÓN - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ liġi)

    (2020/C 61/35)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Gres de Aragón, SA (Alcalñiz, Spanja) (rappreżentant: J. Learte Álvarez, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas, H. O’Neill u D. Botis, aġenti)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Awwissu 2018 (Kawża R 2269/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv GRES ARAGÓN bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Awwissu 2018 (Kawża R 2269/2017-1) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


    Top