Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0906

    Kawża C-906/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ Diċembru 2019 – FO vs Ministère public

    ĠU C 61, 24.2.2020, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ Diċembru 2019 – FO vs Ministère public

    (Kawża C-906/19)

    (2020/C 61/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: FO

    Konvenut: Ministère public

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (1), li abbażi tagħhom “Stat Membru għandu jagħti l-kapaċità lill-awtoritajiet kompetenti li jimponu penali fuq impriża u/jew xufier għal ksur ta’ dan ir-Regolament li jinqabad fit-territorju tiegħu u li għalih tkun għadha ma ġietx imposta penali, anki meta dak il-ksur ikun sar fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiz terz”, japplikaw biss għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jew ukoll għall-ksur ta’ dawk tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (2), li ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq (3)?

    2)

    L-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa permess li sewwieq jidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(2) u (7) tar-Regolament Nru 3821/85, li abbażi tagħhom is-sewwieq għandu jkun jista’ jippreżenta, kull meta jkun mitlub jagħmel dan minn uffiċjal ta’ spezzjoni, il-karti ta’ reġistrazzjoni u l-informazzjoni kollha għall-jum kurrenti u għat-tmienja u għoxrin jum preċedenti, fil-każ ta’ użu matul perijodu ta’ tmienja u għoxrin jum ta’ vettura għal traġitti li xi wħud minnhom jaqgħu taħt il-previżjonijiet tad-dispożizzjonijiet tal-eċċezzjoni ċċitata iktar ’il fuq, u oħrajn ma jawtorizzaw ebda deroga mill-użu ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni?


    (1)  ĠU 2006, L 102, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 227.

    (3)  Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU 2014, L 60, p. 1).


    Top