Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0666

    Kawża C-666/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Paris - Franza) – IT Development SAS vs Free Mobile SAS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48/KE – Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter – Direttiva 2009/24/KE – Kuntratt ta’ liċenzja ta’ softwer – Tibdil mhux awtorizzat tal-kodiċi sors ta’ programm tal-kompjuter minn persuna liċenzjata bi ksur tal-kuntratt ta’ liċenzja – Azzjoni għal ksur eżerċitata mill-awtur tas-softwer kontra l-persuna liċenzjata – Natura tas-sistema ta’ responsabbiltà applikabbli)

    ĠU C 61, 24.2.2020, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Paris - Franza) – IT Development SAS vs Free Mobile SAS

    (Kawża C-666/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali - Direttiva 2004/48/KE - Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter - Direttiva 2009/24/KE - Kuntratt ta’ liċenzja ta’ softwer - Tibdil mhux awtorizzat tal-kodiċi sors ta’ programm tal-kompjuter minn persuna liċenzjata bi ksur tal-kuntratt ta’ liċenzja - Azzjoni għal ksur eżerċitata mill-awtur tas-softwer kontra l-persuna liċenzjata - Natura tas-sistema ta’ responsabbiltà applikabbli)

    (2020/C 61/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d'appel de Paris

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: IT Development SAS

    Konvenuta: Free Mobile SAS

    Dispożittiv

    Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter għandhom jiġu interpretati fis-sens li ksur ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ liċenzja ta’ programm tal-kompjuter, li tirrigwarda drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur ta’ dan il-programm, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali”, fis-sens tad-Direttiva 2004/48, u li, konsegwentement, l-imsemmi proprjetarju għandu jkun jista’ jibbenefika mill-garanziji previsti minn din id-direttiva, indipendentement mis-sistema ta’ responsabbiltà applikabbli skont id-dritt nazzjonali.


    (1)  ĠU C 4, 7.1.2019.


    Top