Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0360

    Kawża C-360/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Cargill Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Krefeld (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 1360/2013 – Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Settur taz-zokkor – Imposta fuq il-produzzjoni – Effett utli – Dritt għar-rimbors tas-somom imħallsa indebitament – Applikabbiltà tar-regoli nazzjonali dwar it-termini ta’ preskrizzjoni – Prinċipju ta’ effettività”)

    ĠU C 61, 24.2.2020, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Cargill Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

    (Kawża C-360/18) (1)

    (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 1360/2013 - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Settur taz-zokkor - Imposta fuq il-produzzjoni - Effett utli - Dritt għar-rimbors tas-somom imħallsa indebitament - Applikabbiltà tar-regoli nazzjonali dwar it-termini ta’ preskrizzjoni - Prinċipju ta’ effettività”)

    (2020/C 61/06)

    Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Cargill Deutschland GmbH

    Konvenut: Hauptzollamt Krefeld

    Dispożittiv

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1360/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2001/2002, 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005 u 2005/2006, il-koeffiċjent meħtieġ għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali għas-snin tas-suq 2001/2002 u 2004/2005 u l-ammont li għandu jitħallas mill-manifatturi taz-zokkor lill-bejjiegħa tal-pitravi fir-rigward tad-differenza bejn l-imposta massima u l-imposta li għandha titħallas għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004 u 2005/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    ir-rimbors tas-somom imħallsa indebitament minn operaturi ekonomiċi, abbażi ta’ dawn l-imposti, għandu jsir b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali, b’mod partikolari fit-termini ta’ preskrizzjoni previsti minn dan tal-aħħar, b’osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività;

    dan jipprekludi regoli nazzjonali li, kif interpretati mill-qrati nazzjonali kompetenti, jipprevedu li t-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli sabiex jintalab ir-rimbors tal-imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor imħallsa indebitament jiskadi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, fatt dan li jirrendi prattikament impossibbli l-eżerċizzju tad-dritt, mogħti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni lil dawn l-operaturi ekonomiċi, li jiksbu r-rimbors ta’ dawn l-imposti għas-snin tas-suq imsemmija mill-imsemmi regolament.


    (1)  ĠU C 328, 17.9.2018.


    Top