EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0819

Kawża T-819/19: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2019 – Man and Machine vs EUIPO - Bim Freelance (bim ready)

ĠU C 27, 27.1.2020, p. 70–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/70


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2019 – Man and Machine vs EUIPO - Bim Freelance (bim ready)

(Kawża T-819/19)

(2020/C 27/70)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Man and Machine Ltd (Thame Oxfordshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Peto, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bim Freelance Corp. (Miami, Florida, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva bim ready - Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 359 265 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 317/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top