EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0801
Case C-801/19: Request for a preliminary ruling from the Upravni sud u Zagrebu (Croatia) lodged on 31 October 2019 — FRANCK d.d., Zagreb v Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak
Kawża C-801/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – FRANCK d.d., Zagreb vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak, Zagreb
Kawża C-801/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – FRANCK d.d., Zagreb vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak, Zagreb
ĠU C 27, 27.1.2020, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – FRANCK d.d., Zagreb vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak, Zagreb
(Kawża C-801/19)
(2020/C 27/29)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Upravni sud u Zagrebu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FRANCK d.d., Zagreb
Konvenut: Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak, Zagreb
Domandi preliminari
1) |
Il-fatt li fondi jkunu saru disponibbli mir-rikorrenti, li ma hijiex istituzzjoni finanzjarja, għall-ħlas ta’ remunerazzjoni waħda ta’ 1 %, jikkostitwixxi servizz li jista’ jitqies bħala “l-għoti u n-negozjar ta’ kreditu u l-immaniġġjar tal-kreditu mill-persuna li tagħtih” fis-sens tal-Artikolu 135 [(1)](b) tad-Direttiva VAT (1), minkejja l-fatt li r-rikorrenti ma hijiex formalment dik li ssellef fil-kuntratt? |
2) |
Kambjala, jiġifieri titolu li bih l-emittent jimpenja ruħu li jħallas ammont speċifiku ta’ flus lill-persuna indikata bħala kreditur fuq dan il-titolu, jew il-persuna li sussegwentement akkwistat dan it-titolu b’mod legali, titqies bħala “strumenti oħrajn negozzjabbli” fis-sens tal-Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva VAT? |
3) |
Is-servizz li bih ir-rikorrenti, bħala korrispettiv tar-remunerazzjoni ta’ 1 % imħallas mill-emittent tal-kambjala, ittrasferixxiet l-imsemmija kambjala lil kumpannija tal-fatturament u ttrasferixxiet l-ammont miksub mill-kumpannija ta’ fatturament lill-emittent tal-kambjala, filwaqt li ggarantiet lill-kumpannija tal-fatturament li l-emittent tal-kambjala ser jissodisfa l-obbligu li għandu li jirriżulta mill-kambjala meta dan tal-aħħar isir dovut, jikkostitwixxi:
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).