EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0607

Kawża C-607/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2019 – Husqvarna AB vs Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG

ĠU C 27, 27.1.2020, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2019 – Husqvarna AB vs Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG

(Kawża C-607/19)

(2020/C 27/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Husqvarna AB

Konvenuta: Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

1)

Fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni Ewropea mressqa qabel ma jkun iddekorra l-perijodu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu, id-determinazzjoni tad-data rilevanti sabiex jiġi kkalkolat il-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu fil-kuntest tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja Nru 207/2009 (1) u tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (2) hija rregolata mill-imsemmija regolamenti?

2)

Jekk għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni Ewropea mressqa qabel ma jkun iddekorra l-perijodu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu, il-kalkolu tal-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 u fl-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 għandu jsir billi tittieħed inkunsiderazzjoni d-data tat-tressiq tal-kontrotalba jew id-data tal-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali tal-appell?


(1)  ĠU 2009, L 78, p. 1.

(2)  ĠU 2017, L 154, p. 1.


Top