EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0373
Case C-373/19: Request for a preliminary ruling from the Bundesfinanzhof (Germany) lodged on 13 May 2019 — Finanzamt München III v Dubrovin & Tröger GbR — Aquatics
Kawża C-373/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Mejju 2019 – Finanzamt München Abteilung III vs Dubrovin & Tröger GbR - Aquatics
Kawża C-373/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Mejju 2019 – Finanzamt München Abteilung III vs Dubrovin & Tröger GbR - Aquatics
ĠU C 27, 27.1.2020, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Mejju 2019 – Finanzamt München Abteilung III vs Dubrovin & Tröger GbR - Aquatics
(Kawża C-373/19)
(2020/C 27/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finanzamt München Abteilung III
Konvenuta: Dubrovin & Tröger GbR - Aquatics
Domandi preliminari
1) |
Il-kunċett ta’ edukazzjoni skolastika u universitarja fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) u (j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jinkludi wkoll il-provvista ta’ lezzjonijiet tal-għawm? |
2) |
Ir-rikonoxximent ta’ organu fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112 bħala organu li għandu għan komparabbli ma’ dawk ta’ organi rregolati mid-dritt pubbliku li huma responsabbli mill-edukazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ, edukazzjoni skolastika u universtiarja, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid, jista’ jirriżulta mill-fatt li t-tagħlim ipprovdut minn dan l-organu huwa l-ksib ta’ kompetenza bażika elementari (f’dan il-każ l-għawm)? |
3) |
Jekk ir-risposta li tingħata għat-tieni domanda hija fin-negattiv, l-eżenzjoni mit-taxxa taħt l-Artikolu 132(1)(j) tad-Direttiva 2006/112 teħtieġ li l-persuna taxxabbli jkun imprenditur individwali? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.