This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0535
Case C-535/19: Request for a preliminary ruling from the Augstākā tiesa (Latvia) lodged on 12 July 2019 — A v Latvijas Republikas Veselības ministrija
Kawża C-535/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Lulju 2019 — A vs Latvijas Republikas Veselības ministrija
Kawża C-535/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Lulju 2019 — A vs Latvijas Republikas Veselības ministrija
ĠU C 328, 30.9.2019, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Lulju 2019 — A vs Latvijas Republikas Veselības ministrija
(Kawża C-535/19)
(2019/C 328/29)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa (Senāts)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Parti oħra fil-proċedura ta’ kassazzjoni: Latvijas Republikas Veselības ministrija
Domandi preliminari
1) |
Il-kura tas-saħħa pubblika għandha titqies bħala inkluża fil-“benefiċċji marbutin mal-mard” fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 883/2004 (1)? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, jistgħu l-Istati Membri, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38 (2), sabiex jiġu evitati t-talbiet sproporzjonati ta’ benefiċċji soċjali intiżi sabiex jiżguraw il-kura tas-saħħa, jirrifjutaw li tali benefiċċji, li jingħataw liċ-ċittadini tagħhom u lill-membri tal-familja ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni li jkollu l-istatus ta’ ħaddiem li jinsabu fl-istess sitwazzjoni, jingħataw ukoll liċ-ċittadini tal-Unjoni li dak iż-żmien ma jkollhomx l-istatus ta’ ħaddiem? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Istati Membri jistgħu, skont l-Artikoli 18 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38, sabiex jevitaw talbiet sproporzjonati għal benefiċċji soċjali intiżi sabiex jiżguraw il-kura tas-saħħa, jirrifjutaw li tali benefiċċji, li jingħataw liċ-ċittadini tagħhom u lill-membri tal-familja ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni li jkollu l-istatus ta’ ħaddiem li jinsabu fl-istess sitwazzjoni, jingħataw ukoll liċ-ċittadini tal-Unjoni li dak iż-żmien ma jkollhomx l-istatus ta’ ħaddiem? |
4) |
Sitwazzjoni li fiha ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li jeżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu, jiġi rrifjutat id-dritt li jirċievi servizzi ta’ kura tas-saħħa pubblika ffinanzjati mill-Istat fl-Istati Membri kollha involuti fil-każ preżenti hija konformi mal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004? |
5) |
Sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li jeżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu, jiġi rrifjutat id-dritt li jirċievi servizzi ta’ kura tas-saħħa pubblika ffinanzjati mill-Istat fl-Istati Membri kollha involuti fil-każ preżenti hija konformi mal-Artikoli 18, 20(1) u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea? |
6) |
Il-legalità tar-residenza, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38, għandha tinftiehem bħala li tagħti lil persuna d-dritt ta’ aċċess għas-sistema tas-sigurtà soċjali kif ukoll fis-sens li tista’ tkun raġuni sabiex hija tiġi eskluża mis-sigurtà soċjali? B’mod partikolari, fil-każ preżenti, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni li l-fatt li r-rikorrent għandu assigurazzjoni għall-mard kompleta, li tikkostitwixxi waħda mill-prerekwiżiti għal-legalità tar-residenza skont id-Direttiva 2004/38, jista’ jiġġustifika r-rifjut li jiġi inkluż fis-sistema tal-kura tas-saħħa ffinanzjata mill-Istat? |
(1) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).
(2) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).