Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0785

    Kawża T-785/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2019 – Ilhan vs EUIPO – Time Gate (BIG SAM SPORTSWEAR COMPANY) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva BIG SAM SPORTSWEAR COMPANY — Trade mark verbali preċedenti SAM — Raġuni relattiva għal rifjut — Dekadenza minħabba tolleranza — Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali — Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001))

    ĠU C 103, 18.3.2019, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2019 – Ilhan vs EUIPO – Time Gate (BIG SAM SPORTSWEAR COMPANY)

    (Kawża T-785/17) (1)

    ((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva BIG SAM SPORTSWEAR COMPANY - Trade mark verbali preċedenti SAM - Raġuni relattiva għal rifjut - Dekadenza minħabba tolleranza - Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali - Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001)))

    (2019/C 103/46)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Ercan Ilhan (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentanti: S. Can, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u D. Walicka, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Time Gate GmbH (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kunz-Hallstein, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2017 (Każ R 974/2016-5), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Time Gate u E. Ilhan.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    E. Ilhan huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


    Top