EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62017TB0157

Kawża T-157/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – Cristalfarma vs EUIPO – Novartis (ILLUMINA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ILLUMINA — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — Tmiem tas-suġġett tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 94, 12.3.2018, p. 26/27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – Cristalfarma vs EUIPO – Novartis (ILLUMINA)

(Kawża T-157/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ILLUMINA - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 094/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cristalfarma Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. King u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1187/2016-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis u Cristalfarma.

Dispożittiv

1)

It-talba għal sospensjoni mressqa minn Cristalfarma Srl hija miċħuda.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Cristalfarma.

4)

Novartis AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 129, 24.4.2017.


Arriba