Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0172

    Kawża T-172/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2018 – Centro Clinico e Diagnostico G.B. Morgagni vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Benefiċċji fiskali u kontributorji dovuti mill-impriżi li jinsabu fiż-żoni affettwati mid-diżastri naturali li seħħew fl-Italja — Deċiżjoni li tiddikkjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Rikors għal annullament — Benefiċjarju potenzjali detentur ta’ dritt kweżit — Effett dirett u individwali — Ammissibbiltà — Ugwaljanza fit-trattament — Aspettattivi leġittimi”)

    ĠU C 94, 12.3.2018, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 94/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2018 – Centro Clinico e Diagnostico G.B. Morgagni vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-172/16) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Benefiċċji fiskali u kontributorji dovuti mill-impriżi li jinsabu fiż-żoni affettwati mid-diżastri naturali li seħħew fl-Italja - Deċiżjoni li tiddikkjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Rikors għal annullament - Benefiċjarju potenzjali detentur ta’ dritt kweżit - Effett dirett u individwali - Ammissibbiltà - Ugwaljanza fit-trattament - Aspettattivi leġittimi”))

    (2018/C 094/24)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Centro Clinico e Diagnostico G.B. Morgagni Srl (Catania, l-Italja) (rappreżentant: E. Castorina, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Stancanelli u V. Bottka, aġenti)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba intiża għall-“interpretazzjoni konċiljatorja” tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/195 tal-14 ta’ Awwissu 2015 dwar il-miżuri SA.33083 (12/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Italja u relatata ma’ benefiċċji fiskali u kontributorji marbutin ma’ diżastri naturali (li jikkonċernaw is-setturi kollha minbarra l-agrikultura) u SA.35083 (12/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Italja u relatata ma’ benefiċċji fiskali u kontributorji marbutin mat-terremot tal-2009 fl-Abruzzo (li jikkonċernaw is-setturi kollha minbarra l-agrikultura) (ĠU 2016, L 43, p. 1), u, sussidjarjament, ibbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Centro Clinico e Diagnostico G. B. Morgagni Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


    Top