EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8627

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8627 — GETEC/Briva/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 340, 11.10.2017, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8627 — GETEC/Briva/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 340/08)

1.

Fit-3 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

GETEC Wärme und Effizienz AG (“GETEC”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn EQT Fund Management SARL (il-Lussemburgu) u GETEC Energy Holding GmbH (il-Ġermanja),

Briva Group B.V. (“Briva”, in-Netherlands), ikkontrollata mit-Ten Brinke Group B.V. (in-Netherlands),

Joint Venture (“JV”, il-Ġermanja).

GETEC u Briva jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u permezz ta’ kuntratt ta’ tmexxija jew kull mezz ieħor f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (joint venture, JV).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal GETEC: Il-provvista ta’ servizzi kuntrattwali tal-enerġija fil-Ġermanja,

—   għal Briva: L-iżvilupp ta’ proġetti, kostruzzjoni, bejgħ jew kiri ta’ proprjetà immobbli residenzjali, kummerċjali u industrijali lil investituri strateġiċi prinċipali fil-Ġermanja u n-Netherlands.

Il-joint venture se tkun attiva fit-tfassil, l-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ sistemi ta’ ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-enerġija u l-provvista ta’ servizzi kontraenti tal-enerġija għall-bini skont ħtiġijiet individwali tal-klijenti, miżuri biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8627 — GETEC/Briva/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top