Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0644

Kawża C-644/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Synthon BV vs Astellas Pharma Inc.

ĠU C 86, 20.3.2017, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Synthon BV vs Astellas Pharma Inc.

(Kawża C-644/16)

(2017/C 086/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Synthon BV

Konvenuta: Astellas Pharma Inc.

Domandi preliminari

1)

a.

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/48/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kriterju li għandu jiġi stabbilit sabiex tiġi evalwata l-fondatezza ta’ talba għal produzzjoni ta’ provi, għandha ssir distinzjoni skont jekk il-parti li hija mitluba l-produzzjoni ta’ provi hijiex l-awtur tal-vjolazzjoni (allegat) jew jekk din hijiex terz?

b.

Jekk ir-risposta għal din id-domanda hija fl-affermattiv, f’liema rigward dawn il-kriterji jvarjaw?

2)

a.

Meta motiv ta’ difiża kontra talba għal produzzjoni ta’ provi jsostni li d-dritt tal-proprjetà intellettwali li huwa sottostanti għat-talba huwa null (jew ma għadux jeżisti), il-fondatezza ta’ dan il-motiv ta’ difiża għandha għalhekk tiġi evalwata billi jsir riferiment għall-istess kriterju bħal dak li japplika għall-kwistjoni tal-veradiċità tal-ksur allegat (fil-każ li d-dritt tal-proprjetà intellettwali invokat jeżisti)?

b.

Jekk ir-risposta għal din id-domanda hija fin-negattiv, f’liema rigward dawn il-kriterji jvarjaw?

c.

Fir-risposta għad-domandi 2.a u 2.b, għandha ssir distinzjoni skont jekk id-dritt tal-proprjetà intellettwali inkwistjoni ngħatax wara li kien is-suġġett ta’ eżami tal-validità tiegħu (bħal fil-każ ta’ privattiva Ewropea) jew jekk inħoloqx ipso iure (bħad-drittijiet tal-awtur)?


(1)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).


Top