EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0748

Kawża T-748/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2016 – QH vs Il-Parlament

ĠU C 22, 23.1.2017, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2016 – QH vs Il-Parlament

(Kawża T-748/16)

(2017/C 022/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: QH (Woluwé Saint Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lhoëst u S. Michiels, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2016 li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal assistenza u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2016 li tiċħad l-ilment tiegħu, u tagħti lir-rikorrent kumpens għad-dannu li huwa allegatament ġarrab;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq kunflitt ta’ interessi, ksur tad-drittijiet tad-difiża, ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju, ksur tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u ksur tal-Artikoli 41(2) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-ħatra tal-investigatur, nuqqas ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-investigatur u ksur mill-investigatur tal-mandat tiegħu.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjoni li tagħlaq investigazzjoni amministrattiva.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-motivi li jikkaratterizzaw il-fastidju psikoloġiku.


Top