This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TB0520
Case T-520/16: Order of the General Court of 24 November 2016 — ED v EUIPO (Civil service — Temporary staff — Teleworking — Request for extension — Refusal — Actions — Subsequent grant of invalidity — No need to adjudicate)
Kawża T-520/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – ED vs EUIPO (“Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Xogħol mid-dar — Talba għal estensjoni — Rifjut — Rikors — Għoti ta’ invalidità sussegwenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
Kawża T-520/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – ED vs EUIPO (“Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Xogħol mid-dar — Talba għal estensjoni — Rifjut — Rikors — Għoti ta’ invalidità sussegwenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
ĠU C 22, 23.1.2017, p. 37–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/37 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – ED vs EUIPO
(Kawża T-520/16) (1)
((“Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Xogħol mid-dar - Talba għal estensjoni - Rifjut - Rikors - Għoti ta’ invalidità sussegwenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 022/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ED (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: S. Pappas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament, ippreżentata skont l-Artikolu 270 TFEU, tad-deċiżjoni tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2014 li tiċħad it-talba tar-rikorrent tas-26 ta’ Settembru 2013 sabiex essenzjalment jiġi awtorizzat ikompli x-xogħol mid-dar minn Barcelona (Spanja) sakemm jerġa’ jiġi f’saħħtu u tad-deċiżjoni tal-President tal-EUIPO, tat-3 ta’ Ġunju 2014, li tiċħad l-ilment tiegħu tas-7 ta’ Frar 2014.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors. |
2) |
ED għandu jbati terz mill-ispejjeż tiegħu stess. |
3) |
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll żewġ terzi mill-ispejjeż sostnuti minn ED. |
(1) ĠU C 7, 12.1.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-93/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).