Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0703

    Kawża T-703/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – Groupe Go Sport vs EUIPO – Design Go (GO SPORT) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GO SPORT — Trade marks verbali nazzjonali preċedenti GO — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni — Tardività tal-preżentata tan-nota li tesponi l-motivi tar-rikors — Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”]

    ĠU C 22, 23.1.2017, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 22/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – Groupe Go Sport vs EUIPO – Design Go (GO SPORT)

    (Kawża T-703/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GO SPORT - Trade marks verbali nazzjonali preċedenti GO - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni - Tardività tal-preżentata tan-nota li tesponi l-motivi tar-rikors - Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

    (2017/C 022/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Groupe Go Sport (Sassenage, Franza) (rappreżentanti: G. Arbant u E. Henry-Mayer, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Design Go Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Settembru 2015 (Każ R 569/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Design Go u Groupe Go Sport.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Groupe Go Sport hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 48, 8.2.2016.


    Top