This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0565
Case C-565/16: Request for a preliminary ruling from the Irinodikio Lerou (Greece) lodged on 9 Νοvember 2016 — Alessandro Saponaro and Kalliopi-Chloi Xylina
Kawża C-565/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Eirinodikeio Lerou (il-Greċja) fid-9 ta’ Novembru 2016 – Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina
Kawża C-565/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Eirinodikeio Lerou (il-Greċja) fid-9 ta’ Novembru 2016 – Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina
ĠU C 22, 23.1.2017, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Eirinodikeio Lerou (il-Greċja) fid-9 ta’ Novembru 2016 – Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina
(Kawża C-565/16)
(2017/C 022/19)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Eirinodikeio Lerou (il-Greċja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alessandro Saponaro
Kalliopi-Chloi Xylina
Domanda preliminari
Fil-każ li talba għal awtorizzazzjoni intiża għar-rinunzja ta’ suċċessjoni hija indirizzata lil qorti Ellenika mill-ġenituri ta’ wild minuri li r-residenza abitwali tiegħu tinsab fl-Italja u għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni hijiex konformi mal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 (1): a) is-sempliċi preżentata tat-talba quddiem il-qorti Ellenika hija ekwivalenti għall-aċċettazzjoni inekwivoka mill-ġenituri tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, b) l-eisangeleas protodikon (prosekutur fil-qorti reġjonali) jinsab fost il-partijiet li jridu jaċċettaw l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni fil-mument tal-preżentata tat-talba, fid-dawl tal-fatt li skont id-dritt Elleniku huwa legalment parti fil-proċedura inkwistjoni, u c) l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni hija fl-interess tal-wild, fid-dawl tal-fatt li huwa stess u l-ġenituri tiegħu, fil-kwalità ta’ rikorrenti, għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Italja, filwaqt li r-residenza tal-mejjet fil-mument tal-mewt, kif ukoll il-patrimonju tiegħu li huwa s-suġġett tas-suċċessjoni, jinsabu fil-Greċja?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).