Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 62015CA0335
Case C-335/15: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 14 July 2016 (request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato — Italy) — Maria Cristina Elisabetta Ornano v Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero (Reference for a preliminary ruling — Social policy — Article 119 of the EC Treaty (subsequently Article 141 EC) — Directive 75/117/EEC — Equal pay for men and women — Article 1 — Directive 92/85/EEC — Measures to improve the safety and health at work of pregnant workers and workers who have recently given birth or are breastfeeding — Article 11(2)(b) and Article 11(3) — National law providing for an allowance for ordinary magistrates in respect of expenses which they incur in the performance of their professional functions — No entitlement for an ordinary magistrate to that allowance in the case of compulsory maternity leave taken prior to 1 January 2005)
Kawża C-335/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Maria Cristina Elisabetta Ornano vs Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Artikolu 119 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 141 KE) — Direttiva 75/117/KEE — Ugwaljanza tar-remunerazzjonijiet bejn ħaddiema irġiel u nisa — Artikolu 1 — Direttiva 92/85/KEE — Miżuri intiżi sabiex itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol ta’ ħaddiema tqal, ħaddiema li welldu reċentement jew ħaddiema li qed ireddgħu — Il-punt (2)(b) tal-Artikolu 11 u l-punt (3) tal-Artikolu 11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kumpens għall-ispejjeż sostnuti mill-membri tal-ġudikatura ordinarja matul l-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħhom — Assenza ta’ dritt għal dan il-kumpens ta’ membru tal-ġudikatura ordinarja fil-każ ta’ leave tal-maternità obbligatorju meħud qabel l-1 ta’ Jannar 2005]

ĠU C 335, 12.9.2016, str. 23—23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 335/23 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Maria Cristina Elisabetta Ornano vs Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero
(Kawża C-335/15) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Artikolu 119 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 141 KE) - Direttiva 75/117/KEE - Ugwaljanza tar-remunerazzjonijiet bejn ħaddiema irġiel u nisa - Artikolu 1 - Direttiva 92/85/KEE - Miżuri intiżi sabiex itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol ta’ ħaddiema tqal, ħaddiema li welldu reċentement jew ħaddiema li qed ireddgħu - Il-punt (2)(b) tal-Artikolu 11 u l-punt (3) tal-Artikolu 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kumpens għall-ispejjeż sostnuti mill-membri tal-ġudikatura ordinarja matul l-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħhom - Assenza ta’ dritt għal dan il-kumpens ta’ membru tal-ġudikatura ordinarja fil-każ ta’ leave tal-maternità obbligatorju meħud qabel l-1 ta’ Jannar 2005])
(2016/C 335/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Cristina Elisabetta Ornano
Konvenuti: Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero
Dispożittiv
L-Artikolu 119 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 141 KE), l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE, tal-10 ta’ Frar 1975, dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa, il-punt (2)(b) tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), kif ukoll il-punt (3) tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/85/KEE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ippreveda għaż-żamma tal-elementi kollha tar-remunerazzjoni li l-membru tal-ġudikatura ordinarja kellu dritt għalihom qabel il-leave tal-maternità tiegħu, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li, fil-każ ta’ perijodu ta’ leave tal-maternità obbligatorju preċedenti għall-1 ta’ Jannar 2005, membru tal-ġudikatura ordinarja huwa eskluż mill-benefiċċju ta’ kumpens għall-ispejjeż li l-membri tal-ġudikatura ordinarja jsostnu fl-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħhom, sakemm din il-ħaddiema tkun ibbenefikat matul dan il-perijodu minn dħul ta’ ammont li jkun għall-inqas ekwivalenti għal dak tal-allowance prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà soċjali li hija kienet tirċievi fil-każ li tieqaf temporanjament mill-attività tagħha minħabba raġunijiet ta’ saħħa, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.