Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 62015CA0097
Case C-97/15: Judgment of the Court (Ninth Chamber) of 14 July 2016 (request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden — Netherlands) — Sprengen/Pakweg Douane BV v Staatssecretaris van Financiën (Reference for a preliminary ruling — Common Customs Tariff — Combined Nomenclature — Headings 8471 and 8521 — Explanatory notes — Agreement on trade in information technology products — ‘Screenplays’)
Kawża C-97/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – In-Netherlands) – Sprengen/Pakweg Douane BV vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 8471 u 8521 — Noti ta’ spjegazzjoni — Ftehim dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika — “Screenplays”)

ĠU C 335, 12.9.2016, str. 13—13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 335/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – In-Netherlands) – Sprengen/Pakweg Douane BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-97/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 8471 u 8521 - Noti ta’ spjegazzjoni - Ftehim dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika - “Screenplays”))
(2016/C 335/16)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sprengen/Pakweg Douane BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li suċċessivament jirriżultaw mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li apparati, bħall-iscreenplays inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandhom il-funzjoni minn naħa, ta’ ħażna ta’ fajls tal-multimedja, u min-naħa l-oħra, ta’ riproduzzjoni tagħhom fuq televiżjoni jew fuq monitor tal-vidjo, jaqgħu taħt l-intestatura 8521 ta’ din in-nomenklatura.