Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0093

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2015 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014/2020 (05479/2015 – C8-0047/2015 – 2015/0010(APP))

ĠU C 328, 6.9.2016, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/15


P8_TA(2015)0093

Emenda tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2015 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014/2020 (05479/2015 – C8-0047/2015 – 2015/0010(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

(2016/C 328/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (05479/2015),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C8-0047/2015),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2014 dwar in-negozjati dwar il-QFP 2014-2020: it-tagħlimiet li għandhom jittieħdu u t-triq 'il quddiem (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 86 u l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0125/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 kif stabbilit fl-anness ta' din ir-riżoluzzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2014)0378.


ANNESS

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

(UE, Euratom) 2015/…

li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623.)


Top