Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0227

    Kawża T-227/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Haverkamp vs EUIPO - Sissel (Fußmatte)

    ĠU C 243, 4.7.2016, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/43


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Haverkamp vs EUIPO - Sissel (Fußmatte)

    (Kawża T-227/16)

    (2016/C 243/47)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Reinhard Haverkamp (Kindberg, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Waldenberger, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sissel GmbH (Bad Dürkheim, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrent

    Disinn ikkontestat ikkonċernat: reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn “Fußmatte” li jindika l-Unjoni Ewropea – reġistrazzjoni internazzjonali Nru DM/072187-0001 li tindika l-Unjoni Ewropea

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2618/2014-3

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tal-kawża u kif ukoll dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem l-EUIPO.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament Nru 6/2002.


    Top