Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0185

    Kawża T-185/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2016 – Make up for ever vs EUIPO – L’Oréal (MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL)

    ĠU C 243, 4.7.2016, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/36


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2016 – Make up for ever vs EUIPO – L’Oréal (MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL)

    (Kawża T-185/16)

    (2016/C 243/39)

    Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Make up for ever SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Caron, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L’Oréal (Pariġi, Franza)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 371 341

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 3222/2014-5

    Talbiet

    tikkonkludi favur il-validità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea semi-figurattiva “MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL” Nru 3 371 341 għall-prodotti u s-servizzi kollha msemmija fir-rikors;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    terġa’ tibgħat il-kawża quddiem l-EUIPO sabiex tingħata segwitu ulterjuri, jekk ikun neċessarju;

    tikkundanna lill-kumpannija L’Oréal għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem il-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO, il-Bord tal-Appell tal-EUIPO u minn dan ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top