Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0226

    Kawża T-226/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni vs McCarron Poultry [“Klawżola ta’ arbitraġġ — Il-Ħames Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002) — Kuntratt li jikkonċerna l-qasam tal-‘Enerġija, Ambjent u Żvilupp sostenibbli’ — Xoljiment ta’ kuntratt — Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja”]

    ĠU C 243, 4.7.2016, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni vs McCarron Poultry

    (Kawża T-226/14) (1)

    ([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Il-Ħames Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002) - Kuntratt li jikkonċerna l-qasam tal-‘Enerġija, Ambjent u Żvilupp sostenibbli’ - Xoljiment ta’ kuntratt - Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”])

    (2016/C 243/29)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u F. Moro, sussegwentement F. Moro, aġenti, assistiti minn R. van der Hout, avukat)

    Konvenuta: McCarron Poultry Ltd (Killacorn Emyvale, l-Irlanda)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata sabiex tirrimborsa parti mill-antiċipu mħallas mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt NNE5/1999/20229, flimkien mal-interessi moratorji.

    Dispożittiv

    1)

    McCarron Poultry Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 900 662,25 flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata ta’ 2,50 % fis-sena, li jiddekorru mill-1 ta’ Diċembru 2010 u sad-data tal-ħlas sħiħ tad-dejn.

    2)

    McCarron Poultry hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 212, 7.7.2014.


    Top