This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0425(01)
Decision of the Court of Justice of 9 March 2016 on official holidays and judicial vacations
Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji
Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji
ĠU C 145, 25.4.2016, pp. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
25.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/2 |
Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
tad-9 ta’ Marzu 2016
dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji
(2016/C 145/02)
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,
billi tqis li, skont din id-dispożizzjoni, hemm lok li tiġi stabbilita l-lista tal-jiem ta’ vaganza legali u li jiġu ffissati d-dati tal-vaganzi ġudizzjarji,
TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista tal-jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:
|
— |
l-1 ta’ Jannar, |
|
— |
it-Tnejn ta’ wara l-Għid, |
|
— |
l-1 ta’ Mejju, |
|
— |
l-Axxensjoni, |
|
— |
it-Tnejn ta’ wara Pentekoste, |
|
— |
it-23 ta’ Ġunju, |
|
— |
il-15 ta’ Awwissu, |
|
— |
l-1 ta’ Novembru, |
|
— |
il-25 ta’ Diċembru, |
|
— |
is-26 ta’ Diċembru. |
Artikolu 2
Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2016 u l-31 ta’ Ottubru 2017, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:
|
— |
Milied 2016: mit-Tnejn 19 ta’ Diċembru 2016 sal-Ħadd 8 ta’ Jannar 2017, biż-żewġ ġranet inklużi, |
|
— |
Għid 2017: mit-Tnejn 10 ta’ April 2017 sal-Ħadd 23 ta’ April 2017, biż-żewġ ġranet inklużi, |
|
— |
Sajf 2017: mill-Ġimgħa 21 ta’ Lulju 2017 sal-Ħadd 3 ta’ Settembru 2017, biż-żewġ ġranet inklużi. |
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, fid-9 ta’ Marzu 2016.
Ir-Reġistratur
A. CALOT ESCOBAR
Il-President
K. LENAERTS