EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0640

Kawża T-640/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Kristan vs Il-Parlament

ĠU C 48, 8.2.2016, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/54


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Kristan vs Il-Parlament

(Kawża T-640/15)

(2016/C 048/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tina Kristan (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: N. Pirc Musar, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A(2015)8656 C, tal-15 ta’ Settembru 2015, li tiċħad l-applikazzjoni ta’ konferma tar-rikorrenti għal aċċess għal ċerti dokumenti relatati ma’ informazzjoni fuq l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, allokazzjonijiet ta’ sussistenza, allokazzjonijiet ta’ spejjeż ġenerali u spejjeż tal-persunal tal-Membri tal-Parlament Ewropew;

tordna lill-Parlament iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikoli 134 u 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tal-partijiet intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 (2), peress li d-data personali mitluba ma hijiex protetta taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, peress li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba ġie rrifjutat, għalkemm il-kundizzjonijiet għall-iżvelar kienu ssodisfatti

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-obbligu ġenerali, taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jsir eżami ta’ kull dokumenti individwali

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 peress illi r-rifjut li jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba ma kienx iġġustifikat

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif mitlub mill-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress illi l-Parlament naqas li jindirizza l-argumenti kollha tar-rikorrenti


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).


Top