Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0669

    Kawża T-669/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann vs ECHA

    ĠU C 48, 8.2.2016, p. 80–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 48/80


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann vs ECHA

    (Kawża T-669/15)

    (2016/C 048/88)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Ecolab Deutschland GmbH (Monheim, il-Ġermanja), Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja), Diversey Europe Operations BV (Amsterdam, il-Pajjizi Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard, lawyers, u P. Sellar, Solicitor)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar l-inklużjoni tal-kumpannija BASF fil-lista ta’ sustanzi attivi u fornituri prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 (1); u

    tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti jissottomettu lil, billi ppermettiet li kumpannija tiġi inkluża fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fir-rigward ta’ sustanza partikolari, ECHA naqset milli tapplika l-liġi. Dan in-nuqqas huwa bbażat fuq tliet motivi fid-dritt.

    1.

    L-ewwel motiv, li jallega li ECHA applikat ħażin ir-regoli li jirrigwardaw ir-rekwiżit li l-kumpannija tissottometti fajl komplut taħt l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

    2.

    It-tieni motiv, li jallega li ECHA ttrattat lil kumpanniji, li kienu jinsabu fl-istess sitwazzjoni, b’mod differenti.

    3.

    It-tielet motiv, li jallega li, bil-kontra tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ECHA naqset milli tiżgura li jkun hemm trattament ekwu bejn dawk il-kumpanniji li pparteċipaw fil-programm ta’ rieżami tas-sustanza indikata u dawk li ħadu vantaġġ minnu.


    (1)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, p. 1).


    Top