Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0594

    Kawża C-594/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Simona Kornhaas vs Thomas Dithmar als Insolvenzverwalter über das Vermögen der Kornhaas Montage und Dienstleistung Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Proċeduri ta’ insolvenza — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 4(1) — Determinazzjoni tal-liġi applikabbli — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi għall-obbligu ta’ direttur ta’ kumpannija li jirrimborsa lil din tal-aħħar il-ħlasijiet imwettqa wara l-okkorrenza tal-insolvenza tagħha — Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għal kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor — Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE — Restrizzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment — Assenza)

    ĠU C 48, 8.2.2016, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 48/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Simona Kornhaas vs Thomas Dithmar als Insolvenzverwalter über das Vermögen der Kornhaas Montage und Dienstleistung Ltd

    (Kawża C-594/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 4(1) - Determinazzjoni tal-liġi applikabbli - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi għall-obbligu ta’ direttur ta’ kumpannija li jirrimborsa lil din tal-aħħar il-ħlasijiet imwettqa wara l-okkorrenza tal-insolvenza tagħha - Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għal kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor - Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE - Restrizzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment - Assenza))

    (2016/C 048/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Simona Kornhaas

    Konvenuti: Thomas Dithmar als Insolvenzverwalter über das Vermögen der Kornhaas Montage und Dienstleistung Ltd

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċedura ta’ insolvenza] għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, azzjoni diretta kontra d-direttur ta’ kumpannija stabbilita taħt id-dritt Ingliż jew Irlandiż, li tinsab taħt proċedura ta’ insolvenza miftuħa fil-Ġermanja, mibdija quddiem qorti Ġermaniża mill-kuratur tal-kumpannija u intiża, abbażi ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(2) tal-GmbHG, għar-rimbors tal-ħlasijiet imwettqa minn dan id-direttur qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza, iżda wara li tkun ġiet stabbilita d-data tal-okkorrenza tal-insolvenza ta’ din il-kumpannija.

    2)

    L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE ma jipprekledux l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(2) tal-GmbHG fil-konfront ta’ direttur ta’ kumpannija stabbilita taħt id-dritt Ingliż jew Irlandiż suġġetta għal proċedura ta’ insolvenza miftuħa fil-Ġermanja.


    (1)  ĠU C 127, 20.04.2015.


    Top