Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AE6087

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni)” (COM(2014) 586 final – 2014/0272 (COD))

ĠU C 230, 14.7.2015, p. 117–117 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/117


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni)”

(COM(2014) 586 final – 2014/0272 (COD))

(2015/C 230/18)

Nhar l-20 ta’ Ottubru 2014 il-Parlament Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

“Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni)”

COM(2014) 586 final – 2014/0272 (COD).

Billi l-Kumitat japprova bla riżervi l-kontenut tal-proposta u jaħseb li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-503 sessjoni plenarja tiegħu tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2014 (seduta tal-10 ta’ Diċembru 2014), b’144 vot favur, 3 voti kontra u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2014.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


Top