This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AE5003
Opinion of the European Economic and Social Committee on the ‘Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions — Green Action Plan for SMEs — Enabling SMEs to turn environmental challenges into business opportunities’ (COM(2014) 440 final) and the ‘Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions — Green Employment Initiative: Tapping into the job creation potential of the green economy’ (COM(2014) 446 final)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs: għajnuna għall-SMEs biex isarrfu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet tan-negozju (COM(2014) 440 final) u dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Inzjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi (COM(2014) 446 final)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs: għajnuna għall-SMEs biex isarrfu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet tan-negozju (COM(2014) 440 final) u dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Inzjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi (COM(2014) 446 final)
ĠU C 230, 14.7.2015, p. 99–106
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/99 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs: għajnuna għall-SMEs biex isarrfu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet tan-negozju
(COM(2014) 440 final)
u dwar “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Inzjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi
(COM(2014) 446 final)
(2015/C 230/15)
Relatur: |
is-Sur PEZZINI |
Nhar is-16 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġiku għall-SMES – għajnuna għall-SMEs biex isarrfu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet tan-negozju
COM(2014) 440 final
u dwar
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Inzjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi
COM(2014) 446 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-12 ta’ Novembru 2014.
Matul il-503 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta’ Diċembru 2014 (seduta tal-10 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’135 vot favur, 1 vot kontra u 1 astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iqis il-prospettiva ta’ ekonomija ċirkolari Ewropea rilevanti għall-kompetittività sistemika tal-UE sakemm tkun ibbażata fuq viżjoni strateġika Ewropea kondiviża bil-parteċipazzjoni attiva tad-dinja tax-xogħol, tal-gvernijiet, ta’ min iħaddem, tal-ħaddiema, tal-konsumaturi u tal-awtoritajiet leġislattivi u regolamentari fil-livelli differenti. |
1.2. |
Il-KESE huwa konvint li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari Ewropea tista’ tiftaħ prospettivi pożittivi għat-twettiq tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020: tista’ ssir mutur ta’ tkabbir, tiġġenera impjiegi ġodda u kompetenzi ekoloġiċi, u ssaħħaħ il-kapaċità ta’ ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali f’ekonomija sostenibbli u kompetittiva. |
1.3. |
Il-Kumitat jitlob li titnieda inizjattiva ta’ eżerċizzju ta’ analiżi ta’ prospettiva fil-livell Ewropew, li tkun parteċipatorja u li jkollha l-għan li twassal għal viżjoni komuni għall-atturi pubbliċi u privati kollha biex jiġu żviluppati poltiki u strumenti koerenti u effikaċi fil-livell tal-UE, nazzjonali u reġjonali għal tranżizzjoni konsenswali lejn ekonomija ċirkolari u biex tingħata spinta konkreta lill-Aġenda għall-innovazzjoni ekoloġika. Għandhom jiġu appoġġjati n-netwerks ta’ atturi tas-soċjetà ċivili li japprovaw it-tranżizzjoni għal mudell ta’ ekonomija ċirkolari. Il-Kumitat jista’ jippromovi b’mod attiv dawn in-netwerks kif ukoll jesplora t-twaqqif ta’ pjattaforma Ewropea għall-ekonomija ċirkolari. |
1.4. |
B’mod parallel, il-KESE iqis li huwa fundamentali li jitnieda djalogu strutturat għal setturi individwali, fejn jingħataw bidu proġetti pilota ta’ appoġġ għall-isperimentazzjoni li jservu biex jiggwidaw u juru l-potenzjal ta’ prattiki aktar sostenibbli, bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi u l-ekonomija soċjali. |
1.5. |
Il-Kumitat iqis li huwa importanti li ssir analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji li tivvaluta fuq min jista’ jaqa’ l-piż ta’ rikonverżjoni sistemika tas-sistemi ta’ manifattura, dawk kummerċjali, distributtivi u ta’ konsum, biex titwarrab is-sistema ta’ obsolenza programmata favur kwalitajiet ġodda tal-użu u ta’ konsum, għall-prodotti u l-komponenti li jżommu l-valur miżjud tagħhom u l-użu tagħhom mill-ġdid kemm jista’ jkun fit-tul. |
1.6. |
Fil-fehma tal-KESE, it-tranżizzjoni lejn mudell ġdid ta’ ekonomija ċirkolari li jinkludi re-manufacturing u re-consuming ma jistax jiġi separat mit-tixrid ġeneralizzat tal-metodi ta’ territorji soċjaliment responsabbli, li jaġixxu ta’ lieva għall-iżvilupp ta’ kultura kondiviża u innovattiva-parteċipattiva. |
1.7. |
Il-KESE jitlob li bis-saħħa ta’ kriterji stabbiliti minn qabel, l-UE toħloq il-possibbiltà li jiġu identifikati b’mod preċiż għadd sinifikanti ta’ żoni ta’ innovazzjoni faċilitata – smart cities, zoni ta’ portijiet ħielsa, clusters lokalizzati, negozju ekolġiku (green deal) – fejn il-proċess ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari jkun jista’ jiġi mistħarreġ u jserraħ ukoll fuq esperjenzi pożittivi ta’ strumenti Ewropej bħall-Patt tas-Sindki. |
1.8. |
B’hekk il-KESE jilqa’ b’mod favorevoli l-proposti tal-Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs u l-Inizjattiva għall-impjiegi ekoloġiċi, iżda huwa diżappuntat għan-nuqqas ta’ azzjoni konkreta u ta’ gwida prattika li tgħin lill-SMEs isiru aktar sostenibbli u ekoloġiċi. Barra minn hekk jitlob li l-prinċipju “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” isir il-pern tal-pjan ta’ azzjoni b’koerenza mas-Small Business Act. |
1.9. |
B’mod partikolari, il-KESE jqis fundamentali r-rwol attiv tal-partijiet soċjali u s-soċjetà ċivili fit-tfassil, l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki nazzjonali ta’ żvilupp sostenibbli u fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari li tkun ambjentalment sostenibbli ħafna, bil-ħolqien ta’ ħafna intrapriżi u b’ħafna impjiegi ekoloġiċi; |
1.10. |
Fil-fehma tal-KESE, il-miżuri proposti biex jimtlew in-nuqqasijiet attwali fil-kompetenzi “ekoloġiċi” jridu jiġu msaħħa b’użu effiċjenti u mmirat tal-fondi strutturali, speċjalment tal-fond soċjali Ewropew, il-fond reġjonali u l-fondi tal-agrikoltura u s-sajd, u l-istrumenti tal-innovazzjoni bħall-Orizzont 2020, COSME u LIFE, kif ukoll il-punt uniku tal-BEI tal-mikrofinanzjament ekoloġiku. |
1.10.1. |
Għandhom isiru wkoll:
|
1.11. |
Il-KESE huwa konvint li tranżizzjoni kunsenswali u parteċipatorja lejn ekonomija Ewropea ċirkolari tista’ tiftaħ diversi opportunitajiet għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u dawk ta’ daqs medju u għall-ekonomija soċjali, li jsiru mutur importanti għat-tkabbir kemm fis-suq intern kif ukoll dak internazzjonali. F’dan ir-rigward trid tingħata prijorità:
|
1.12. |
Il-Kumitat huwa konvint li l-proċess lejn ekonomija ċirkolari jistħoqqlu jiġi appoġġjat b’mod sħiħ, speċjalment fil-kontinent Ewropew. Għalhekk jista’ jkun neċessarju li:
|
2. Introduzzjoni
2.1. |
Il-kunċett ta’ ekonomija ċirkulari, li huwa kuntrarju għal dak ta’ ekonomija lineari (“ħu-ipproduċi-uża-armi”), ħareġ mill-ħtieġa li jiġi żviluppat it-tkabbir sostenibbli, bil-għan li l-prodotti jżommu l-valur miżjud tagħhom kemm jista’ jkun fit-tul u li l-komponenti infushom ikollhom l-akbar possibbiltà li jerġgħu jiġu użati għal skopijiet ta’ produzzjoni, biex jonqos b’mod progressiv il-ħolqien u r-rimi tal-iskart u tonqos il-pressjoni fuq l-ambjent. |
2.2. |
McKinsey jgħid li bejn 60 % u 80 % tar-riżorsi jinħlew fl-aħħar fażi tal-proċess lineari estrazzjoni-produzzjoni-konsum-rimi. F’dinja li fiha 3 biljun konsumatur qed jidħlu fil-klassi medja, dan m’għadux sostenibbli. |
2.3. |
It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari timplika bidliet importanti fil-mentalità tal-produtturi, il-ħaddiema, il-konsumaturi u ċ-ċittadini, fl-użu tar-riżorsi u l-materji prima, fid-disinn tal-prodotti, fil-mudelli tas-suq u tal-intrapriżi u fir-riċerka ta’ metodi ġodda tat-trasformazzjoni tal-iskart f’riżorsi. |
2.4. |
Hemm it-tekonoloġiji meħtieġa biex jintraċċaw il-ħajja tal-materjali tul il-katina tal-valur. Imbagħad hemm l-iskarsezza li qed tiżdied tar-riżorsi bil-prezzijiet għoljin tal-oġġetti offruti. Għall-kunsumaturi, servizz f’waqtu jista’ jkun aktar interessanti mill-possess sempliċi ta’ prodott. |
2.5. |
Mudell ta’ tkabbir ekoloġiku bħal dan jimplika mhux biss bidla kulturali radikali, b’impuls qawwi għall-innovazzjoni u r-riċerka, iżda wkoll investimenti importanti fil-livell tat-teknoloġija, l-edukazzjoni, l-organizzazzjoni u l-kwalifiki għal tipi ta’ professjonijiet ġodda, metodi ġodda ta’ finanzjament u politiki adegwati. |
2.6. |
Approċċ politiku integrat huwa essenzjali biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ impjiegi fuq bażi ta’ aċċessibbiltà adegwata għal professjonijiet ġodda u biex jiġu ffaċċjati l-isfidi li jirriżultaw minn tranżizzjoni lejn ekonomija ċiklika u mhux lineari, anke billi tissaħħaħ ukoll il-komunikazzjoni ħalli jiġu ffaċċjati l-isfidi kollha marbutin ma’ mudelli ġodda ta’ taħriġ, xogħol u organizzazzjoni. |
2.7. |
Għall-futur tal-kompetittività industrijali tal-UE, huwa essenzjali li tissaħħaħ il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ oġġetti sostenibbli li tuża inqas materja prima, inqas enerġija u inqas ilma u li tuża riżorsi mwarrba fir-reġun: għalhekk hemm bżonn li jiġu disinjati u prodotti oġġetti li jistgħu jerġgħu jintużaw, jissewwew, jingħataw ħajja ġdida u jiġu riċiklati u jinħolqu servizzi li jaħdmu għal dan l-iskop. |
2.8. |
L-iskart minn xi fażi tal-produzzjoni għandu jiġi mibdul f’riżorsi għal attivitajiet oħra u eventwalment bħala fertilizzanti għall-irziezet fiż-żona. Is-sħana, flok ma tinħela, għandha tiġi rkuprata għal użu ieħor bħat-tisħin tad-djar jew tas-serrer. |
2.9. |
Mudell ċirkulari: minn kull tunellata ta’ materjal, minn kull Joule ta’ enerġija, minn kull ettaru ta’ art irid ikun possibbli li jinkiseb l-akbar valur miżjud u l-aktar benefiċċji, bis-saħħa ta’ ammont inqas ta’ materjali, inqas użu u r-riċiklaġġ tagħhom. |
2.10. |
Biex jinkiseb benefiċċju mill-proċess ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari hemm bżonn: |
2.10.1. |
jiġu eliminati l-ostakli sistemiċi li jimpedixxu l-adozzjoni tal-mudelli ta’ negozju ċirkolari min-naħa tal-SMEs, isir użu effiċjenti tal-materjali mill-flussi tal-iskart, netwerks ta’ informazzjoni settorjali u intersettorjali, kif ukoll fil-livell tal-UE; |
2.10.2. |
taħriġ għal tipi ġodda ta’ professjonijiet tar-riżorsi umani, li jkunu inkarigati li jmexxu dawn il-proċessi peress li l-edukazzjoni u t-taħriġ biex l-impjiegi jsiru aktar ekoloġiċi jserħu taħriġ bażiku tajjeb u fuq it-tagħlim tul il-ħajja attiva, li jagħti formazzjoni mmirata li toħloq sensibiltà u għarfien ambjentali (1); |
2.10.3. |
strumenti finanzjarji adegwati fuq kollox għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-bini tal-kapaċità u l-analiżi tas-suq, bl-użu ta’ strumenti bħall-Orizzont 2020, il-fondi strutturali, il-BEI u l-SPP; |
2.10.4. |
semplifikar u adattament regolatorju mill-awtoritajiet fil-livelli differenti minn sistemi ta’ projbizzjoni għal approċċ proattiv li jiffaċilita l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi ekoloġiċi li joħolqu impjiegi kwalifikati u fit-tul, b’mod koerenti mas-Small Business Act; |
2.10.5. |
jiġi żviluppat rwol attiv tal-partijiet soċjali u s-soċjetà ċivili fit-tfassil, l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki nazzjonali u l-iżvilupp sostenibbli u fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari li tkun ambjentalment sostenibbli ħafna u b’ħafna impjiegi ekoloġiċi; |
2.10.6. |
jingħataw direzzjoni u appoġġ tekniku konkret lill-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u dawk ta’ daqs medju u lill-kooperattivi biex bl-għajnuna tal-imsieħba soċjali jingħataw direzzjoni dwar kif il-produzzjoni tagħhom tista’ ssir aktar ekoloġika fil-forma ta’ “sett ta’ għodod” għal mudelli ta’ negozju ġodda u skambji tal-aħjar prattiki; |
2.10.7. |
il-promozzjoni ta’ kultura ta’ djalogu u kooperazzjoni fuq il-post tax-xogħol, biex ir-riżorsi jintużaw b’mod aktar razzjonali, biex jonqos l-iskart, biex jintużaw teknoloġiji u metodi tax-xogħol nodfa u ħielsa mill-periklu u biex titjieb il-kwalità tal-impjiegi. |
2.11. |
L-ekoloġizzazzjoni tal-postijiet tax-xogħol u l-promozzjoni ta’ impjieg ekoloġiċi, kemm fis-setturi tradizzjonali kif ukoll dawk emerġenti, għandhom jiffavorixxu ekonomija ekoloġikament sostenibbli, kompetittiva u b’użu baxx tal-karbonju, kif ukoll modi ta’ konsum u ta’ produzzjoni sostenibbli, li jikkontribwixxu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. |
2.12. |
Il-KESE indirizza dan is-suġġett wiesa’ kemm il-darba f’diversi opinjonijiet (2) li fihom enfasizza fost affarijiet oħra:
|
2.12.1. |
Il-parti l-kbira tal-progress industrijali tal-aħħar tletin sena huwa riżultat ta’ liġijiet u regolamenti li sfurzaw lill-industrija tnaqqas it-tniġġis u tagħmel riċerka dwar modi ġodda kif l-iskart jinbidel fi qligħ. Iridu jinstabu regoli fiskali ġodda li joħolqu bilanċ bejn l-iffrankar u l-użu tal-enerġija, u dispożizzjonijiet adatti li jippermettu lill-industrija li tieħu r-responsabblità għaċ-ċiklu kollu tal-prodotti. |
2.13. |
Barraminnhekk, f’opinjoni preċedenti, il-KESE qies li l-bidliet profondi u meħtieġa fil-forom ta’ produzzjoni u konsum jeħtieġu, bħala rekwiżit fundamentali, li s-soċjetà ċivili tiġi involuta f’dan il-proċess kollu ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika inklużiva u dan għandu jsir fil-livelli kollha, speċjalment fil-livell settorjali u territorjali (Ewropew, nazzjonali u reġjonali) (3). |
2.14. |
Min-naħa tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni fit-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-Ekoinnovazzjoni – Impjiegi u Tkabbir permezz tal-politika ambjentali (4), li fiha:
|
2.15. |
F’Ottubru 2011, il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) adotta opinjoni dwar l-inizjattiva ewlenija dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza li fiha l-KtR appoġġja l-ħolqien ta’ “pjattaforma ta’ tranżizzjoni għal bosta atturi dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi”, li għandha tinkludi wkoll lil “dawk li jfasslu l-politika minn diversi livelli amministrattivi inklużi dawk reġjonali u lokali”. |
3. Kummenti ġenerali
3.1. |
Il-Kumitat jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-preżentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari u b’mod partikolari ż-żewġ inizjattivi għall-impjiegi ekoloġiċi u l-pjan ta’ żvilupp tal-SMEs, li huma s-suġġett ta’ din l-opinjoni, fil-proċess ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. |
3.2. |
Mandankollu, il-KESE jixtieq jesprimi t-tħassib tiegħu dwar dawn l-inizjattivi speċjalment il-miżuri favur l-SMEs, minħabba fl-ammont kbir ta’ informazzjoni mingħajr miżuri konkreti u gwidi prattiki għall-SMEs u minħabba fil-kompetenzi meħtieġa biex il-proċessi ta’ produzzjoni u l-offerta tas-servizzi jsiru ekoloġiċi b’mod effiċjenti, bi spejjeż limitati u bi kwalità aħjar tax-xogħol, mingħajr ma tintilef il-kompetittività. |
3.3. |
Fil-fehma tal-KESE, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari ma tistax isseħħ mingħajr il-parteċipazzjoni tal-komponenti tal-produzzjoni, ix-xogħol u l-konsum kif ukoll l-awtoritajiet politiċi fil-livelli differenti li jibdew minn dak tal-UE, li jrid jitbiegħed minn approċċ ibbażat fuq il-projbizzjonijiet u jgħaddi għal wieħed proattiv u koerenti li jappoġġja t-tranżizzjoni, anke permezz tal-użu ta’ stipulazzjonijiet “ekoloġiċi” fis-sistema kollha tas-sejħiet għall-offerti. |
3.4. |
Filfatt, m’aħniex nitkellmu biss dwar id-disinn ta’ prodotti ġodda u l-ħtieġa li tirriżulta minnhom ta’ kompetenzi ġodda min-naħa tal-intraprendituri u l-ħaddiema, l-iżvilupp ta’ sistemi organizzattivi u ta’ swieq innovattivi, tal-kisba ta’ kwalitajiet ġodda ta’ użu u ta’ konsum, iżda wkoll, u forsi fuq kollox, ta’ kultura ġdida industrijali u tas-servizzi, kif ukoll, u forsi fuq kollox, kultura ġdida leġislattiva u amministrattiva. |
3.5. |
Il-Kumitat jitlob b’konvinzjoni li, fil-qafas tal-Orizzont 2020, titnieda inizjattiva ta’ eżerċizzju ta’ analiżi ta’ prospettiva fil-livell Ewropew, li tkun parteċipatorja u li jkollha l-għan li twassal għal viżjoni komuni għall-atturi pubbliċi u privati kollha għall-iżvilupp ta’ poltiki u strumenti koerenti u effikaċi fil-livell tal-UE, nazzjonali u reġjonali, għal tranżizzjoni konsenswali u koerenti lejn ekonomija ċirkolari, lil hinn mill-isforzi pożittivi tal-Pjattaforma Ewropea dwar l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi – OREP. |
3.5.1. |
Biex iċ-ċittadini, il-ħaddiema, il-konsumaturi u l-intrapriżi jiġu motivati permezz ta’ miżuri innovattivi u speċifiċi ta’ stimolu, anke fil-livell individwali, lejn imġieba u azzjonijiet li jiġu premjati; |
3.5.2. |
biex tiġi promossa s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali, u jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-investimenti fil-kapital uman, soċjali u ambjentali b’oqfsa regolatorji u inċentivi finanzjarji mill-UE; |
3.5.3. |
biex jitwaqqaf qafas istituzzjonali koerenti u semplifikat li fih l-intrapriżi, il-ħaddiema, l-investituri u l-konsumaturi jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess ta’ tranżizzjoni; |
3.5.4. |
biex jiġi assigurat appoġġ finanzjarju adegwat mill-UE, il-livell nazzjonali u dawk reġjonali u lokali li jiffaċilita l-aċċess għall-kreditu, speċjalment għall-mikrointrapriżi. |
3.5.5. |
biex jiġu promossi miżuri ta’ inċentivi fiskali mmirati, sħubijiet pubbliċi-privati innovattivi u politiki tal-akkwist pubbliku “ekoloġiku”, u jiġu diffużi l-aħjar prattiki li jistgħu jippromovu l-aċċess għal opportunitajiet ekonomiċi u jagħmlu s-swieq tax-xogħol aktar inklużivi filwaqt li jitħarsu r-riżorsi fir-reġjun; |
3.5.6. |
biex titnieda interazzjoni sostenibbli bejn id-dinja tax-xogħol u n-negozju minn naħa u d-dinja tal-edukazzjoni u t-taħriġ min-naħa l-oħra dwar il-produzzjoni, il-konsum u l-impjiegi ekoloġiċi (5); |
3.5.7. |
biex tingħata għajnuna u tutoraġġ lill-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u dawk ta’ daqs medju permezz ta’ netwerks u ċentri ta’ eċċellenza Ewropej għall-iżvilupp tal-għarfien, il-kompetenzi u s-swieq iżda fuq kollox permezz ta’ appoġġ finanzjarju u ta’ taħriġ. |
3.6. |
B’mod parallel, il-KESE iqis li huwa fundamentali li jitnieda djalogu strutturat għal setturi individwali, fejn jibdew azzjonijiet pilota ta’ appoġġ għall-isperimentazzjoni li jkollhom rwol ta’ gwida u juru l-potenzjal ta’ prattiki aktar sostenibbli, bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-forzi soċjali, l-organizzazzjoni tal-konsumaturi, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-ekonomija soċjali. |
3.7. |
Fil-fehma tal-Kumitat, ikun tajjeb li qabel ma tittieħed azzjoni biex jinħolqu impjiegi ekoloġiċi ġodda li jkunu dinjitużi u sostenibbli u għall-iżvilupp ta’ pjani ta’ azzjoni ekoloġiċi mill-SMEs, jitnieda pjan biex tiġi miġġielda l-obsolenza programmata tal-prodotti. |
3.8. |
L-ispejjeż tal-industriji tar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid, il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-impjiegi l-ġodda li jinħolqu b’dan il-mod ma jistgħux jitqiesu biss bħala esiġenza tal-politika ambjentali peress li jeħtieġu sistemi ta’ governanza proattivi u kumplessi, b’interventi integrati f’diversi setturi strateġiċi, bħall-oqsma marbutin mal-konsumaturi, it-trasport, l-agrikoltura u l-enerġija (6). |
3.9. |
L-innovazzjoni fis-swieq tal-materjali riċiklati trid tkun tista’ sserraħ fuq qafas regolatorju Ewropew imġedded u koerenti, b’inċentivi li jġibu flimkien l-innovazzjoni tal-prodott mal-użu tiegħu li jiġġieled il-flussi preżenti ta’ riċiklaġġ ta’ materjal skartat u r-rimi ta’ komponenti f’pajjiżi bi spejjeż baxxi tax-xogħol u b’nuqqas ta’ attenzjoni għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema (7). |
3.10. |
Fil-fehma tal-KESE, it-tranżizzjoni lejn mudell ġdid ta’ ekonomija ċirkolari li tinkludi r-remanufacturing u r-reconsuming ma tistax tiġi separata mit-tixrid ġeneralizzat tal-kuneċtt ta’ territorji soċjaliment responsabbli. |
4. L-ekonomija ċirkolari u l-ħolqien tal-impjiegi
4.1. |
Il-KESE jqis li l-miżuri proposti biex jimtlew in-nuqqasijiet fil-kompetenzi ekoloġiċi mhumiex biżżejjed: l-iskambju ta’ prattiki tajbin fi ħdan in-netwerks attwali ma jidhirx li huwa biżejjed biex jiżgura valutazzjoni aħjar tal-iżviluppi fil-qasam tal-kompetenzi u x-xogħol. Fil-fehma tal-KESE, definizzjoni aħjar fil-livell Ewropew tal-kompetenzi u l-impjiegi ekoloġiċi bil-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet soċjali, tal-SMEs u tal-ekonomija soċjali, li hija utli wkoll għal ġbir aħjar tal-istatistika, tista’ twassal għal analiżi aktar ċara u eżerċizzji ta’ previżjoni aktar immirati, mhux biss tat-tipi ġodda ta’ professjonijiet iżda wkoll għar-riċiklaġġ tal-professjonijiet superati, anke f’termini ta’ flessigurtà u l-introduzzjoni tal-Qafas Ewropew tal-Kwalità (8). |
4.2. |
Il-KESE huwa tal-fehma li użu effiċjenti u mmirat tal-fondi strutturali u l-istrumenti tal-innovazzjoni bħall-Orizzont 2020, COSME u LIFE kif ukoll il-faċilità tal-mikrofinanzjament ekoloġiku tal-BIE – huma fundamentali għall-promozzjoni ta’ impjiegi kwalifikati speċjalment jekk ikunu indirizzati lejn intrapriżi żgħar u għall-ekonomija soċjali u marbutin bil-proċess kunsenswali ta’ previżjoni li l-Kumitat jappoġġja. F’dan ir-rigward hemm bżonn: |
4.2.1. |
kwantifikazzjoni reali tal-għadd potenzjali ta’ impjiegi sostenibbli u li ma jistgħux jirrilokaw fil-livell lokali, settorjali u intersettorjali li jistgħu jinħolqu mit-tranżizzjoni għall-ekonomija ċirkolari, anke b’rabta mal-ħtieġa kbira ta’ tkabbir sostenibbli u li joħloq l-impjiegi għall-ekonomija Ewropea; |
4.2.2. |
ħarsien tal-ekwità u s-sostenibbiltà tal-proċess: it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari m’għandhiex twassal għal problemi ta’ ġustizzja soċjali għall-ħaddiema, il-mikrointrapriżi u miniintrapriżi u għall-ekonomija soċjali; |
4.2.3. |
djalogu soċjali strutturat fil-livelli differenti u li jidħol għal kollox fid-definizzjoni u l-kunsens dwar il-viżjoni strateġika u l-politiki integrati, li jistgħu jiġu implimentati peress li l-ekonomija ċirkolari jkollha fl-istess waqt kompetenzi okkupazzjonali u forza tax-xogħol adatti għall-iżvilupp tagħha; |
4.2.4. |
kollaborazzjoni mill-viċin bejn id-dinja tax-xogħol u d-dinja tat-tagħlim u t-taħriġ għal żvilupp pożittiv tal-kompetenzi, b’sistemi b’saħħithom ta’ tagħlim u taħriġ tekniku u professjonali li jinkludu b’mod dirett l-imsieħba soċjali (9). |
5. Il-Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs
5.1. |
Il-KESE huwa konvint li t-tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea ċirkolari tista’ tiftaħ diversi opportunitajiet għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi ż-żgħar u dawk ta’ daqs medju u għall-ekonomija soċjali, li jsiru mutur importanti għat-tkabbir kemm fis-suq intern kif ukoll dak internazzjonali. Hija ssaħħaħ ukoll il-kapaċità tagħhom li jiġġestixxu b’mod sostenibbli r-riżorsi naturali u toħloq impjiegi ġodda kwalifikati. |
5.2. |
Il-KESE jitlob li l-Pjan ta’ azzjoni ekoloġiku għall-SMEs isegwi u jippromovi l-prinċipju “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” tul il-proċess kollu ta’ regolamentazzjoni u implimentazzjoni, b’attenzjoni partikolari għall-leġislazzjoni dwar l-użu effiċjenti tar-riżorsi u b’koerenza mas-Small Business Act, bl-użu tal-“Prova tal-SMEs” bħala element ewlieni fil-proċess ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. |
5.3. |
Fil-fehma tal-KESE, bħala konsegwenza, l-istrumenti għandhom bżonn jiġu adattati biex jappoġġjaw intrapriżi żgħar u l-ekonomija soċjali, peress li l-istrumenti ta’ qabel, bħall-Pjan ta’ Azzjoni għall-ekoinnovazzjoni, kellhom riżultati limitati. |
5.4. |
Mill-34 azzjoni deskritti fid-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni (10) anness mal-proposta, il-KESE huwa tal-fehma li dawn li ġejjin għandhom jingħataw prijorità: |
5.4.1. |
tisħiħ u espansjoni tal-mekkaniżmu ta’ esperimenti volontarji ta’ awditjar ekoloġiku għall-SMEs biex ikun hemm kontrolli mifruxa fuq it-teknoloġiji ambjentali ETV, id-disinjar ekoloġiku u l-proċessi bil-possibbiltà ta’ tikketta Ewropea “green” (bħal Ecolabel II) b’sussidji mill-UE: |
5.4.2. |
tisħiħ tal-aċċess għall-kreditu: twessigħ tar-rwol tal-BEI biex jingaħata aċċess għall-kreditu tal-azjendi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, it-tisħiħ tal-faċilità Natural Capital Financing Facility (NCFF); ħolqien ta’ sistemi ta’ garanzija speċifika għall-mikrointrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar għal aċċess mgħaġġel u sempliċi għall-kreditu, il-mikrokreditu, kapital ta’ riskju u l-istrument ta’ Finanzjament Privat għall-Effiċjenza Enerġetika (PF4EE) li għandhom jiġu implimentati madwar l-UE; |
5.4.3. |
finanzjar tal-ekoinnovazzjoni għall-mikrointrapriżi u miniintrapriżi: użu faċilitat tal-istrumenti l-ġodda għall-SMEs taħt Orizzont 2020, il-fondi FEŻR, FEMS, LIFE u FAEŻR għal skemi pilota innovattivi tal-UE permezz ta’ faċilitajiet b’punt uniku għal diversi programmi f’oqsma definiti u stabbiliti tajjeb bħal Systemic Eco-Innovation Demostrator SEIDEM f’żoni bħal smart cities, clusters reġjonali, żoni ħielsa – fejn jiġu konċentrati miżuri, inċentivi u eżenzjonijiet, bi skopijiet intermedji kwantifikabbli u b’viżibbiltà għolja: |
5.4.4. |
tisħiħ tal-azzjoni ta’ taħriġ intraprenditorjali u ta’ mentoring fl-intrapriża: li jipprijoritizza t-taħriġ fl-intrapriża permezz ta’ applikazzjonijiet diġitali – bl-appoġġ tan-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi u l-European Resource Efficiency Excellence Centre futur u tutoraġġ minn esperti bil-finanzjament tal-UE għall-organizzazzjonijiet professjonali tal-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar lokali, li jużaw l-Erasmus Plus u COSME għal proġetti magħżula; |
5.4.5. |
il-ħoqien ta’ suq ċirkolari tal-materjali, il-komponenti u l-prodotti intermedji: tnedija ta’ Circular eBay b’aċċess faċilitat u sikurizzat tal-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar ekoloġiċi u tal-ekonomija soċjali, bi skambji bbażati fuq standards tekniċi u regolatorji aktar stretti, CEN-CENELEC-ETSI u ISO. |
Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) ĠU C 318, 29.10.2011, p. 142.
(2) ĠU C 224, 30.8.2008, p. 1; ĠU C 226, 16.7.2014, p. 1; ĠU C 67, 6.3.2014, p. 23 u ĠU C 44, 11.2.2011, p. 110.
(3) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 18.
(4) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2013-0584+0+DOC+XML+V0//MT
(5) ĠU C 311, 12.9.2014, p. 7.
(6) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 11.
(8) ĠU C 451, 16.12.214, p. 116.
(9) ĠU C 311, 12.9.2014, p. 7.
(10) SWD(2014) 213 final.