Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0683

    Kawża T-683/14 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2014 minn Rhys Morgan mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-8 ta' Lulju 2014 fil-Kawża F-26/13, Morgan vs UASI

    ĠU C 431, 1.12.2014, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 431/33


    Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2014 minn Rhys Morgan mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-8 ta' Lulju 2014 fil-Kawża F-26/13, Morgan vs UASI

    (Kawża T-683/14 P)

    (2014/C 431/56)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: Rhys Morgan (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża F-26/13;

    tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni maħruġ lill-appellant fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011;

    tordna lill-UASI jħallas kumpens xieraq fid-diskrezzjoni tal-Qorti Ġenerali – li ma jkunx inqas mill-ammont ta’ EUR 500 – lill-appellant għad-danni morali u mhux materjali mġarrba mill-appellant b’riżultat tal-imsemmi rapport ta’ evalwazzjoni;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka ħames aggravji.

    1.

    L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żbalja meta naqas li jirrikonoxxi li evalwazzjoni ġenerali għandha tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni tal-uffiċjal matul il-perijodu ta’ evalwazzjoni kollu kemm hu.

    2.

    It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żbalja meta naqas li jirrikonoxxi l-gravità tal-ksur proċedurali mwettaq mill-UASI.

    3.

    It-tielet aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball meta evalwa l-motiv dwar allegat ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

    4.

    Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji meta evalwa l-motiv dwar allegat ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

    5.

    Il-ħames aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas li jevalwa sewwa, jew saħansitra li jeżamina, l-provi li jirrigwardaw il-motiv dwar l-użu ħażin ta’ poter.


    Top