Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0583

    Kawża T-583/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Shire Pharmaceutical Contracts vs Il-Kummissjoni [“Rikors għal annullament — Prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku — Regolament (KE) Nru 1901/2006 — Artikolu 37 — Proroga tal-perijodu tal-esklużività kummerċjali tal-prodotti mediċinali orfni li ma għandhomx privattiva — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”]

    ĠU C 431, 1.12.2014, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 431/23


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Shire Pharmaceutical Contracts vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-583/13) (1)

    ([“Rikors għal annullament - Prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku - Regolament (KE) Nru 1901/2006 - Artikolu 37 - Proroga tal-perijodu tal-esklużività kummerċjali tal-prodotti mediċinali orfni li ma għandhomx privattiva - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])

    (2014/C 431/39)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Shire Pharmaceutical Contracts Ltd (Hampshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Vickers, solicitors)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u V. Walsh, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni indirizzata lir-rikorrenti fit-2 ta’ Settembru 2013, kif ikkonfermata sussegwentement permezz tal-ittra tat-18 ta’ Ottubru 2013, għal dak li jikkonċerna l-eliġibbiltà tal-prodott mediċinali Xagrid għall-inċentiv previst fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Shire Pharmaceutical Contracts Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 377, 21.12.2013.


    Top