Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 62014TN0407
Case T-407/14: Action brought on 10 June 2014 — Gres La Sagra v Commission
Kawża T-407/14: Rikors ippreżentat fil- 10 ta’ Ġunju 2014 – Gres La Sagra vs Il-Kummissjoni
Kawża T-407/14: Rikors ippreżentat fil- 10 ta’ Ġunju 2014 – Gres La Sagra vs Il-Kummissjoni
ĠU C 253, 4.8.2014., 53./53. lpp.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/53 |
Rikors ippreżentat fil-10 ta’ Ġunju 2014 – Gres La Sagra vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-407/14)
2014/C 253/69
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Gres La Sagra, SL [Alameda de la Sagra (Toledo), Spanja] (rappreżentant: A. López Gómez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni li tikklassifika d-diversi miżuri fiskali miġbura taħt l-isem ta’ Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji uniċi ta’ din l-allegata għajnuna u, għalhekk, bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-401/14, Duro Felguera SA vs Il-Kummissjoni.