Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62014TN0335

    Kawża T-335/14: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Mejju 2014 – Davó Lledó vs UASI – Administradora y Franquicias América u Inversiones Ged (DoggiS)

    ĠU C 253, 4.8.2014., 35./36. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 253/35


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2014 – Davó Lledó vs UASI – Administradora y Franquicias América u Inversiones Ged (DoggiS)

    (Kawża T-335/14)

    2014/C 253/50

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: José-Manuel Davó Lledó (Cartagena, Spanja) (rappreżentant: J. V. Gil Martí, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Administradora y Franquicias América, SA u Inversiones Ged Ltda (Santiago de Chile, iċ-Ċili)

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 824/2013-1, u għaldaqstant tikkonferma d-deċiżjoni inizjali tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, tat-18 ta’ Lulju 2013, li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa minn Administratoras y Franquicias América, SA u minn Interversiones Ged Ltda fir-rigward tat-trade mark Komunitarja Nru 8 8 94  826“DoggiS” u li tikkundanna lil dawn tal-aħħar jikkonformaw ruħhom ma’ tali dikjarazzjoni bl-effetti kollha inerenti tagħha, u tikkundanna espressament lill-konvenut u lill-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurattiva bl-element verbali “DoggiS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 43 – Trade mark Komunitarja Nru 8 8 94  826

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Administradora y Franquicias América, SA u Inversiones Ged Ltda

    Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: l-applikazzjoni għal trade mark saret b’mala fides

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ, bl-annullament totali kemm tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni kif ukoll tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkontestata

    Motivi invokati:

    Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Augša