Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 62009TB0079

    Kawża T-79/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 31 ta’ Jannar 2014 – Franza vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati — Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji — Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Irtirar tad deċiżjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 112, 14.4.2014, str. 31—32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/31


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2014 – Franza vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-79/09) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati - Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji - Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Irtirar tad deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    2014/C 112/41

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G. de Bergues u A. L. Vendrolini, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues u J. Gstalter, u finalment E. Belliard, G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement B. Stromsky, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, dwar skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.

    Dispożittiv

    1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar din il-kawża.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 113, 16.05.2009.


    Góra