EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0462

Kawża T-462/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ottubru 2013 — Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha kif ukoll l-annullament tal-ħlasijiet fis-seħħ — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza” )

ĠU C 359, 7.12.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/15


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/13 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha kif ukoll l-annullament tal-ħlasijiet fis-seħħ - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2013/C 359/29

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comunidad Autónoma del País Vasco; u Itelazpi, SA (Zamudio, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo, M. Muñoz de Juan u N. Ruiz García, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3204 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C-23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009) mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (ħlief f’Castilla-La Mancha).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top