Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0463

Ftehim Stati Uniti tal-Amerika/KE dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu tas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita GALILEO u GPS *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 26 ta’ Ottubru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu tas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita GALILEO u GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (11117/2011 – C7-0185/2011 – 2011/0054(NLE))

ĠU C 131E, 8.5.2013, p. 156–156 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 131/156


L-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2011
Ftehim Stati Uniti tal-Amerika/KE dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu tas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita GALILEO u GPS ***

P7_TA(2011)0463

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu tas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita GALILEO u GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (11117/2011 – C7-0185/2011 – 2011/0054(NLE))

2013/C 131 E/24

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11117/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' GALILEO u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (11575/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 171 u 172 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(8), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0185/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(7) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0332/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.


Top