This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011IP0453
Mobility and inclusion of people with disabilities European Parliament resolution of 25 October 2011 on mobility and inclusion of people with disabilities and the European Disability Strategy 2010-2020 (2010/2272(INI))
Il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (2010/2272(INI))
Il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (2010/2272(INI))
ĠU C 131E, 8.5.2013, p. 9–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 131/9 |
It-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2011
Il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità
P7_TA(2011)0453
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (2010/2272(INI))
2013/C 131 E/02
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UN CRPD), u d-dħul fis-seħħ tagħha fil-21 ta’ Jannar 2011, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Fundamentali Soċjali tal-Ħaddiema (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 10, 19 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (3), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426) u l-pożizzjoni tal-Parlament tat-2 ta’ April 2009 dwarha (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu ‘Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE tal-4 ta’ Ġunju 1998 dwar karta tal-ipparkjar għall-persuni b’diżabilità (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010 bit-titolu ‘Aġenda Diġitali għall-Ewropa’ (COM(2010)0245), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2000 bit-titolu ‘Lejn Ewropa mingħajr ostakoli għal persuni b’diżabilità’ (COM(2000)0284), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2001 bit-titolu ‘Ewropa- e 2002: Aċċessibbiltà tal-websajts pubbliċi u l-kontenut tagħhom’ (COM(2001)0529), |
— |
wara li kkunsidra l-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ tħaddim, diżabilità u saħħa (ICF) stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fit-22 ta’ Mejju 2001 (riżoluzzjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa (WHA) 54.21), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2003 bit-titolu ‘Opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabilità: Pjan ta’ Azzjoni Ewropew” (COM(2003)0650), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2003 bit-titolu ‘Lejn strument legalment vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti li jippromwovi u jipproteġi l-jeddijiet u d-dinjità ta’ persuni b’diżabilità’ (COM(2003)0016), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Marzu 2005 bit-titolu ‧Green Paper "Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet‧ " (COM(2005)0094), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2007 bit-titolu ‘Il-qagħda tal-persuna b’diżabilità fl-Unjoni Ewropea: il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew 2008-2009’ (COM(2007)0738), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2010 bit-titolu ‘Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali’ (COM(2010)0758), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2010 bit-titolu ‘Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli’ (COM(2010)0636) |
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (‘il-Protokoll Fakultattiv’), adottat fit- 13 ta’ Diċembru 2006, |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ‘Il-promozzjoni tal-inklużjoni tas-suq tax-xogħol – L-irkupru mill-kriżi u t-tħejjija għall-Aġenda ta’ Lisbona ta’ wara l-2010’ tat-30 ta’ Novembru 2009, |
— |
wara li kkunsidra l-Petizzjoni 1454/2010 ta’ Urzula Weber-Król, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-iffunzjonar u l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 rigward id-drittijiet ta' persuni b’diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (COM(2011)0166), |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (Każ C 13/05 rigward id-Direttiva 2000/78/KE – L-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol – Kunċett tad-diżabilità) tal-11 ta’ Lulju 2006, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 1988 dwar il-lingwi tas-sinjali għall-persuni nieqsa mis-smigħ (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Mejju 1989 dwar in-nisa u d-diżabilità (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 1992 dwar id-drittijiet tal-persuni li għandhom diżabilità mentali (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 1995 dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b’diżabilità (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 1996 dwar id-drittijiet tal-persuni li jbatu bl-awtiżmu (11), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 1996 dwar ‘Karta tal-ipparkjar għall-persuni b'diżabilità – id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità (12), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 1997 dwar l-ugwaljanza tal-opportunità għall-persuni b’diżabilità (13), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2003 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew ‘Lejn strument legalment vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti għall-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet u d-dinjità tal-persuni b'diżabilità’ (14), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni talt-12 ta’ Jannar 2011 bit-titolu ‘Stħarriġ Annwali Dwar it-Tkabbir: l-avvanz tar-rispons komprensiv tal-UE għall-kriżi’ (COM(2011)0011), u l-abbozz ta’ rapport konġunt anness miegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (15), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi tas-saħħa fl-UE (16), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim qafas dwar is-swieq tax-xogħol inklussivi, konkluż mis-sħab soċjali Ewropej fil-25 ta’ Marzu 2010, |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea (2006/C146/01), |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2010 dwar ‘Ekwità u saħħa fil-politiki kollha: is-solidarjetà fis-saħħa’, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċeduri tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0263/2011), |
A. |
billi bħala ċittadini sħaħ, il-persuni b’diżabilità (inklużi d-diżabilitajiet fiżiċi u psikosoċjali) għandhom drittijiet indaqs u għandhom dritt għad-dinjità indiskutibbli, it-trattament ugwali, il-għajxien indipendenti u l-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà, |
B. |
billi ’l fuq minn 80 miljun ruħ, jew madwar 16 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni Ewropea, qed jgħixi b’diżabilità – inklużi nies bi problemi tas-saħħa mentali, b’mod speċjali fir-rigward tal-awtiżmu – u r-rata tal-impjegar tagħhom hija tal-anqas darbtejn dik tal-persuni li ma għandhomx diżabilità; billi l-persuni b’diżabilità jikkostitwixxu grupp vulnerabbli, li fosthom ir-rata tal-faqar hija 70 % ogħla mill-medja; billi r-rata ta’ impjegar għall-persuni b’diżabilità hija biss ta’ madwar 45 %, filwaqt li impjiegi ta’ kwalità għolja jiżguraw indipendenza ekonomika u jrawmu r-realizzazzjoni personali; billi l-qgħad iżid ir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, peress li tal-anqas kwart tal-popolazzjoni jsofru darba tul il-ħajja tagħhom minn xi problema tas-saħħa mentali u billi għal 10 % minnhom din tista’ twassal għal problemi kroniki tas-saħħa mentali, li jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm politiki attivi u b’miri speċifiċi biex tiġi miġġielda din is-sitwazzjoni persistenti; billi dan l-esponiment ogħla għar-riskju tal-faqar huwa r-riżultat ta’ aċċess limitat mhux biss għall-impjiegi u t-taħriġ iżda wkoll għall-kura tas-saħħa u t-trattament xieraq, |
C. |
billi l-gruppi l-aktar emarġinati fis-soċjetà huma dawk l-aktar milquta minn sitwazzjoni ta’ kriżi, u billi l-persuni b’diżabilità huma wieħed mill-gruppi l-aktar milquta mill-kriżi finanzjarja fl-Ewropa, |
D. |
billi l-fatt li l-lakuni fl-implimentazzjoni tal-prinċipju eżistenti tat-trattament ugwali tal-persuni b'dizabilità qed jinġiebu regolarment għall-attenzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet miċ-ċittadini kkonċernati, |
E. |
billi l-persuni b'diżabilità li jeħtieġu livelli għolja ta’ appoġġ huma fost dawk l-aktar esklużi fis-soċjetà, u billi n-nisa li għandhom diżabilità ġeneralment huma fost il-membri l-aktar vulnerabbli u emarġinati tas-soċjetà u jesperjenzaw diskriminazzjoni u esklużjoni mill-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni, l-impjiegi u l-ħajja soċjali, |
F. |
billi s-suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020, li l-objettiv tagħha huwa li tiżviluppa tkabbir Ewropew li jkun intelliġenti (ibbażat fuq l-innovazzjoni u r-riċerka), sostenibbli u inklussiv, se jirrikjedi neċessarjament titjibiet strutturali fir-rigward tal-mobilità u l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità, |
G. |
billi din iċ-ċifra se tikber sostanzjalment fis-snin li ġejjin minħabba li inevitabilment il-piramida tal-etajiet se tinqaleb, peress li aktar minn terz tan-nies li għandhom aktar minn 75 sena għandhom xi diżabilità li tillimitahom sa ċertu punt u ’l fuq minn 20 % huma limitati konsiderevolment, |
H. |
billi l-Unjoni Ewropea formalment irratifikat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, u billi din ġiet iffirmata wkoll mis-27 Stat Membru tal-UE kollha kemm huma u rratifikata minn 17 minnhom, |
I. |
billi l-kompetenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ħarsien kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ diżabilit bħalissa hija limitata għall-impjegar, ix-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali (2000/78/KE), u billi l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità hija ftehim imħallat li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom obbligi fir-rigward tal-implimentazzjoni tiegħu u l-proposti u l-approċċi fi ħdan dan ir-rapport li għandhom jitqiesu u jiġu indirizzati fil-proposta tal-Kummissjoni li se toħroġ dalwaqt dwar Att Ewropew tal-Aċċessibilità, |
J. |
billi l-politiki soċjali mmirati lejn il-persuni b'diżabilità spiss jaqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri u għalhekk huma bbażati fuq tradizzjonijiet u wirt nazzjonali, użanzi soċjali, żvilupp ekonomiku u r-rwol importanti ħafna li jwettqu l-familji u l-assoċjazzjonijiet fil-għajnuna li jagħtu lill-persuni b'diżabilità biex jiksbu l-awtonomija u jintegraw ruħhom fis-soċjetà, |
K. |
billi d-diżabilità hija kunċett li qed jevolvi li jirriżulta mill-interazzjoni bejn persuni li għandhom xi defiċjenza u ostakoli attitudinali u ambjentali li jżommu lura l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn u bl-istess dinjità, |
L. |
billi hemm relazzjoni qawwija bejn il-mobilità, id-diżabilità u l-inklużjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-libertà u l-aċċess għall-komunikazzjoni (inkluż il-Braille u l-lingwi tas-sinjali u suriet alternattivi oħra ta’ komunikazzjoni), il-libertà tal-moviment fl-oqsma kollha tal-ħajja u l-aċċess għas-servizzi; billi l-parteċipazzjoni sħiħa fl-aspetti kolla tas-soċjetà jeħtieġ li tiġi promossa, filwaqt li dak li jkun iżomm f’moħħu l-importanza tal-politiki Komunitarji li jirrigwardaw l-informazzjoni u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni, kif ukoll ir-robotika tad-dar u soluzzjonijiet ta’ komunikazzjoni bl-Internet, u l-ħtieġa li dak li jkun jersaq lejn aċċessibilità sħiħa billi jiġu promossi standards kompatibbli fis-suq uniku u jiġi ffaċilitat it-tixrid tagħhom, |
M. |
billi l-aċċess għall-informazzjoni (Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) u għall-kultura, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar l-aċċessibilità tal-infrastruttura kulturali u tal-attivitajiet kulturali għall-persuni b'diżabilità, iwettaq irwol vitali fl-iżvilupp intellettwali tan-nies, inklużi n-nies b’diżabilità, u għalhekk għandu impatt dirett fuq l-opportunitajiet tagħhom ta’ impjieg, |
N. |
billi l-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt għal servizzi bbażati fil-komunità li jippromwovu għajxien indipendenti, id-dritt għal għajnuna personali, id-dritt għal indipendenza ekonomika u soċjali u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà u għas-suq tax-xogħol; billi kieku l-attivitajiet ta’ appoġġ kellhom jiġu rimunerati, kienu jgħoddu madwar 50 % tal-PDG (il-Kummissjoni dwar il-Kejl tal-Prestazzjoni Ekonomika u l-Progress Soċjali, 21 ta’ April 2010), |
O. |
billi l-ostakli għall-aċċessibilità għall-użu ta’ servizzi u oġġetti offruti lil kulħadd huma ostakli sinifikanti għall-persuni b’diżabilità, |
P. |
billi l-persuni b'diżabilità f’xi Stati Membri u f’xi setturi jsofru minn diskriminazzjoni tul ħajjithom kollha u b’mod partikolari matul il-perjodu tal-edukazzjoni u t-taħriġ, minħabba nuqqas ta’ għarfien u intervent bikrija għat-tfal u l-alljevi b’diżabilità, li jillimita l-opportunitajiet futuri tagħhom ta’ impjieg, |
Q. |
billi fil-grupp ta’ etajiet mis-16 sad-19-il sena r-rata tan-nonparteċipazzjoni fl-edukazzjoni hija ta’ 37 % għall-persuni b’diżabilità u ta’ 25 % għal dawk b’ċertu grad ta’ diżabilità, meta mqabbla ma’ 17 % għal dawk mingħajr diżabilità, |
R. |
billi l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Persuni b'Diżabilità, ratifikata mill-UE f’Diċembru 2010, jipprojbixxi l-esklużjoni mis-sistema edukattiva fuq il-bażi ta’ diżabilità, u billi l-edukazzjoni inklussiva tirrappreżenta l-mezz l-aktar effettiv kif wieħed jikkumbatti l-attitudnijiet diskriminatorji, filwaqt li tibni soċjetà integrazzjonista u tikseb l-edukazzjoni għal kulħadd, |
S. |
billi n-nisa b’diżabilità spiss isofru diskriminazzjoni doppja, u billi l-gvernijiet jistgħu jegħlbu dan il-fenomenu billi jimplimentaw l-inklużjoni tal-ugwaljanza tas-sessi fl-oqsma relevanti kollha tal-politika tad-diżabilità, |
T. |
billi l-kriżi ekonomika tirrappreżenta sfida għall-impjiegi b’mod ġenerali u għall-persuni b'diżabilità b’mod partikolari, fejn iż-żieda fir-rata tal-qgħad hija konsiderevolment ogħla għall-persuni b’xi sura ta’ diżabilità u l-biża’ li qed dejjem tiżdied li l-benefiċċi tad-diżabilità jista’ jkun li jintużaw biex jiġi kkontrollat il-priovvediment tax-xogħol, |
U. |
billi l-membri tal-familja tal-persuni b'diżabilità jsofru minn diskriminazzjoni b’assoċjazzjoni u miżuri li jappoġġjaw lill-familji min-naħa tagħhom se jkollhom impatt pożittiv fuq ir-realizzazzjoni sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, |
V. |
billi fl-2007 petizzjoni b'1 364 984 firma ġiet sottomessa lill-Kummissjoni u fiha kien qed jintalab li l-persuni b'diżabilità jingħataw protezzjoni estensiva fil-politiki kollha tal-Unjoni Ewropea, u billi l-Kummissjoni sa issa naqset milli tqis kif dovut din l-inizjattiva leġittima, |
Objettivi
1. |
Jenfasizza li l-mira tal-iStrateġija Ewropa 2020 li 75 % tal-popolazzjoni ta’ bejn l-20 sal-64 sena jkollhom impjieg mhuwiex possibbli li tintlaħaq kemm-il darba din ma tinkludix il-popolazzjoni li għandha xi sura ta’ diżabilità; |
2. |
Jenfasizza li l-infiq finanzjarju għall-ġid tal-persuni b’diżabilità, u l-investiment ekonomiku fihom, huwa investiment b’redditu fuq żmien twil fil-benesseri ta’ kulħadd f’soċjetà sostenibbli fejn in-nies jistgħu jgħixu aktar u jaħdmu b’mod aktar effiċjenti taħt kundizzjonijiet aħjar; f’dan ir-rigward, jenfasizza li huwa inaċċettabbli fil-kuntest tal-miżuri pubbliċi ta’ osterità li jsir tnaqqis mhux ġustifikat fis-servizzi għall-persuni b’diżabilità jew fil-proġetti maħsuba għall-inklużjoni soċjali tagħhom, peress li dan ikun ifisser li ma jkunux iggarantiti ċerti drittijiet bażiċi u inaljenabbli tal-persuni b'diżabilità; jemmen li, għall-kuntrarju, l-investiment f’dan il-qasam għandu jiżdied b’mod sostanzjali; itenni li s-servizzi tas-saħħa kollha fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri fundamentali tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità għolja u s-solidarjetà; |
3. |
Josserva li tul il-kriżi finanzjarja kollha, li issa hemm sinjali li qed nirkupraw minnha, baqgħet teżisti solidarjetà intrinsika fis-soċjetajiet Ewropej; jagħraf għalkollox u jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm miżuri individwalizzati għall-persuni b'diżabilità li jirrikjedu, fuq il-bażi tal-livelli u l-karatteristiċi differenti tad-diżabilitajiet, jerġa’ aktar appoġġ intensiv ibbażat fuq id-drittijiet u d-dinjità tal-bniedem kif ukoll ir-riskju ta’ diskriminazzjoni, ħaġa li spiss mhijiex irrispettata u għalhekk jeħtieġ li tiġi enfasizzata permezz ta’ kampanji Ewropej ta’ sensibilizzazzjoni pubblika; jirrimarka li l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità għandhom għalhekk jitqiesu fuq il-bażi tar-rekwiżiti speċifiċi tagħhom ħalli jkunu jistgħu jsiru arranġamenti adattati f’kull stadju tal-edukazzjoni u t-taħriġ u tal-ħajja professjonali; |
4. |
Jenfasizza l-importanza tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropea l-ġdida tad-Diżabilità 2010-2020 (EDS) u jitlob b’mod speċjali li jiġu fformulati azzjonijiet aktar dettaljati fil-livelli kollha tal-governanza bbażati fuq dejta affidabbli; iqis li l-prinċipju bażiku ta’ ‘xejn dwar il-persuni b'diżabilità mingħajr persuni b'diżabilità’ għandu jiġi osservat, jiġifieri l-persuni b'diżabilità jridu jiġu involuti fil-miżuri u d-deċizjonijiet kollha li jaffettwawhom; |
5. |
Jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità ma tinkludix perspettiva integrata tal-aspett tal-ugwaljanza bejn is-sessi jew kapitolu separat dwar politiki tad-diżabilità li jittrattaw is-sessi b’mod speċifiku, minkejja l-fatt li n-nisa b'diżabilità ta' spiss huma f'pożizzjoni aktar żvantaġġata mill-irġiel b'diżabilità u huma aktar spiss vittmi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-aspetti li jirrigwardaw l-ugwaljanza tas-sessi fl-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità (EDS) 2010-2020 kollha kemm hi; |
6. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ ġdid effiċjenti għad-diżabilità li jibda bil-ħolqien ta’ Bord Ewropew għad-Diżabilità, li jkun jiltaqa’ fuq bażi regolari u bl-involviment attiv tal-Parlament Ewropew u l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal- persuni b'diżabilità, kif ukoll task forces nazzjonali, bil-għan li jiġu żgurati mekkaniżmi aktar effettivi għall-koordinament u l-monitoraġġ – kif ukoll għall-evalwazzjoni – tal-implimentazzjoni tal-EDS fi ħdan il-programmi u l-istrateġiji tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà; |
7. |
Ifakkar li soċjetà sostenibbli fejn in-nies jgħixu aktar fit-tul u fi stat ta’ saħħa aħjar għandha timplika wkoll titjibiet fl-ippjanar taż-żoni urbani u komuni u fl-aċċessibilità tal-oġġetti u s-servizzi disponibbli, inkluż l-aċċess indaqs għat-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, ħalli tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b'diżabilità u tiġi prevenuta l-esklużjoni soċjali; |
Id-drittijiet ċivili u tal-bniedem
8. |
Jitlob li jiġu rispettati għalkollox il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li jingħata appoġġ għall-prinċipji tad-Disinn għal kulħadd u tad-Disinn Universali; jagħraf l-isforzi li jsiru mill-Unjoni Ewropea u min-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-leġiżlazzjoni mmirata biex issaħħaħ l-integrazzjoni sħiħa tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà imma hu tal-fehma li għandhom isiru aktar; |
9. |
Jenfasizza b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġi żgurat rispett totali għad-drittijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal fil-każ ta’ tfal b’diżabilità, inkluż id-dritt li jilagħbu, id-dritt għall-edukazzjoni, id-dritt li jipparteċipaw fil-ħajja tal-komunità (inkluża l-ħajja kulturali u d-diversi arti), id-dritt għal kura medika meħtieġa miċ-ċirkostanzi personali tagħhom, u l-libertà li jfittxu u jirċievu informazzjoni u ideat; jirrimarka b’mod partikolari li l-Artikolu 23 tal-konvenzjoni msemmija hawn fuq jagħraf li t-tfal b’diżabilità għandhom igawdu ħajja mimlija u diċenti, f’kundizzjonijiet li jiżguraw id-dinjità, jippromwovu l-awtodipendenza u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni attiva tat-tifel jew tifla fil-komunità, u jitlob li t-tfal b’diżabilità jkollhom aċċess effettiv għall-edukazzjoni, it-taħriġ, is-servizzi tal-kura tas-saħħa, is-servizzi tar-rijabilitazzjoni, it-tħejjija għall-impjieg u opportunitajiet ta’ rikreazzjoni b’mod li jwassal biex it-tifel jew tifla jiksbu l-integrazzjoni soċjali u l-iżvilupp individwali l-akbar possibbli, inkluż l-iżvilupp kulturali u spiritwali tiegħu jew tagħha; |
10. |
Jitlob li jsir integrar effettiv tad-diżabilità fl-Istrateġija UE 2020 kollha kemm hi u fl-inizjattivi ewlenin tagħha, inkluża l-Unjoni ta’ Innovazzjoni, li fiha hemm nuqqas ta’ referenza għad-diżabilità; |
11. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li ħafna persuni b'diżabilità għadhom isofru d-diskriminazzjoni fir-rigward tan-nuqqas ta’ rikonoxximent ugwali quddiem il-liġi u l-ġustizzja, u jistieden lill-Istati Membri jikkoreġu u jirrimedjaw dawn in-nuqqasijiet, inkluż l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għall-persuni b'diżabilità, taħriġ xieraq għal dawk li jaħdmu fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, inklużi l-pulizija u l-persunal tal-ħabs, u jenfasizza l-importanza li tiġi ggarantita u żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fil-ħajja politika u pubblika, inkluż id-dritt tal-vot, li dak li jkun joħroġ għall-elezzjoni u li jkollu kariga, skont l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, għax skont l-istimi magħmula mill-NGOs relevanti u minn esperti tal-elezzjonijiet, huwa biss persentaġġ żgħir ta’ persuni b'diżabilità li għandhom l-abilità jipparteċipaw f’elezzjonijiet; |
12. |
Hu tal-fehma li x-xiri ta’ oġġetti u servizzi, inkluża l-informazzjoni relevanti u aċċessibbli dwarhom, għandu jinkludi soluzzjonijiet ta’ xiri (onlajn) adattati kif ukoll oġġetti u servizzi ddisinjati biex ikunu aċċessibbli fit-tul; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li l-prodotti għall-persuni b'diżabilità jiġu approvati skont standards kemm Ewropej u kemm globali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tieħu aktar miżuri xierqa biex tippromwovi l-iżvilupp ta’ oġġetti u servizzi ddisinjati b’mod universali u l-aċċess għalihom, skont kif hemm imnaqqax fl-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, inkluż l-iskambju tal-aħjar prattiki; |
13. |
Jenfasizza l-fatt li, fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, għadd kbir ta’ studji wrew li n-nisa b’diżabilità jsofru diskriminazzjoni doppja minħabba kemm is-sess tagħhom u kemm id-diżabilità tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, minħabba n-nuqqas kważi totali ta’ mekkaniżmi f’dan ir-rigward, tagħmel dispożizzjoni speċjali fis-sistemi tal-ħarsien soċjali għan-nisa b’diżabilità; |
14. |
Jenfasizza li l-persuni b’diżabilità mentali u b’nuqqasijiet intellettuali huma partikolarment esposti għar-riskju tal-abbuż u tal-vjolenza; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ kontroll żviluppat biex jipprovdu servizzi soċjali u ħarsien legali għall-vittmi u jiggarantixxu rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem tal-persuni li jinsabu f’istituzzjonijiet residenzjali, b’mod speċjali għan-nisa u t-tfal b’diżabilità; jistieden lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jwettaq studji dwar is-sitwazzjoni tal-bniet u n-nisa b'diżabilità fir-rigward tal-vjolenza; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm miżuri u azzjonijiet biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni doppja tan-nisa u tiġi promossa l-ugwaljanza sħiħa tad-drittijiet u l-opportunitajiet; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu passi attivi u effettivi biex jappoġġjaw u jippromwovu t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-komunità, filwaqt li jagħmlu użu effiċjenti tal-possibilitajiet ta’ finanzjament tal-UE bħalma hu l-PROGRESS għal miżuri biex tiżdied il-kuxjenza pubblika tas-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabilità li huma residenti f’istituzzjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu aċċess prijoritarju għal akkomodazzjoni soċjali għan-nisa b’diżabilità li jaqgħu vittma tal-vjolenza, għotjiet biex l-ambjent tad-dar jiġi adattat, appoġġ fid-dar u servizzi pubbliċi li jindirizzaw każijiet ta’ vjolenza sessista; |
15. |
Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti jagħtu aktar attenzjoni b’mod konsiderevoli lill-aspetti soċjali tad-diżabilità; iqis li prekundizzjoni meħtieġa biex l-individwu jkollu l-abilità li jeżerċita d-drittijiet ċivili tista’ tkun l-istabbiliment ta’ sfond legali għal mekkaniżmu appoġġjat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu kemm jista’ jkun suriet ta’ appoġġ bħalma huma l-assistenza personali u servizzi oħra li jagħtu appoġġ lill-għajxien indipendenti bil-għan li titnaqqas il-kura istituzzjonali b’mod ġenerali favur suriet oħra ta’ appoġġ; jistieden lill-Kummissjoni tmexxi studju profond ta’ dawn il-fenomeni u tkabbar l-għarfien tas-soċjetà dwarhom; jenfasizza r-rwol tax-xogħol volontarju bħala appoġġ vitali għall-persuni b’diżabilità u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu u jtejbu l-inizjattivi u l-programmi ta’ appoġġ iddedikati għal tali xogħol; |
16. |
Jenfasizza kemm hu importanti li jiġi ggarantit u żgurat l-aċċess ugwali għall-informazzjoni pubblika b’mod speċjali għall-immaniġġjar pubbliku tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, skont l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità; |
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex iħejju għad-diżastri naturali u għal dawk ikkawżati mit-traskuraġni tal-bniedem, b’mod partikolari billi l-persuni b'diżabilità jiġu pprovduti informazzjoni xierqa u utli, inte alia permezz tal-preżentazzjoni ta’ eżempji internazzjonali utli u adattati; |
18. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tittieħed azzjoni kemm fil-livell nazzjonali u kemm f’dak Ewropew biex tiġi promossa t-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għal dik fil-komunità lokali, filwaqt li jsir użu tal-Fondi Strutturali akkumpanjati minn miżuri biex jikber l-għarfien pubbliku tas-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilità li huma residenti f’istituzzjonijiet; |
L-importanza tal-ġbir tad-dejta u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati
19. |
Jenfasizza li dejta konsistenti li hi speċifika fir-rigward tas-sessi dwar kwistjonijiet ta’ diżabilità u servizzi relatati mad-diżabilità fl-Istati Membri, inklużi indikaturi u informazzjoni speċifiċi rigward il-għadd u l-kwalità tal-istituzzjonijiet u d-djar residenzjali, bħalissa huma neqsin jew limitati, u li l-Eurostat imissha tipprovdi aktar dejta annwali li tittratta lis-sessi b’mod speċifiku dwar il-persuni b'diżabilità u dawk li jieħdu ħsiebhom; |
20. |
Jesprimi d-diżappunt tiegħu minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza u l-involviment limitat tal-persuni b'diżabilità fil-ġbir u l-konsultazzjoni tad-dejta u jqis li l-Kummissjoni Ewropea għandha tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità fil-proċeduri ta’ konsultazzjoni li għandhom ikunu aċċessibbli għalkollox skont l-esperjenza tal-NGOs, iddisinjati bil-għan li jippermettu kummenti speċifiċi u appoġġjati minn kampanji ta’ tagħrif effettivi; jenfasizza li l-ammont ta’ 336 tweġiba biss mis-soċjetà ċivili lill-konsultazzjoni onlajn tal-Kummissjoni, li saret fuq il-websajt ta’ konsultazzjoni ċentrali tal-Kummissjoni fl-2009, juri li l-kampanji ta’ tagħrif ma laħqux il-gruppi li għalihom kienu mmirati u l-għodda ta’ fuq l-internet ma kenitx aċċessibbli għall-persuni għomja li jużaw il-qarrejja tal-iskrin; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li fil-proċessi kollha ta’ implimentazzjoni fil-livelli kollha, il-persuni b’diżabilità u l-organizzazzjonijiet tagħhom huma inklużi fil-proċess (kif hemm spjegat fl-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità); |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-proċess tal-monitoragg, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-prattika t-tajba bejn l-Istati Membri, speċjalment fir-rigward tal-ġbir ta’ dejta komparabbli li tkun speċifika fir-rigward tas-sessi u indikaturi tal-progress, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti kemm fil-livell nazzjonali u kemm f’dak Komunitarju; jenfasizza li l-qisien għandhom jiġu bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u għandhom jinkludu mhux biss l-aspetti mediċi iżda wkoll l-aspetti soċjali, dawk li jirrigwardaw l-impjieg u dawk ambjentali; fl-istess ħin, jenfasizza kemm hu importanti li jiġu kkoordinati l-isforzi biex jiġi miġġieled l-abbuż tas-sistema u l-qerq ta’ min jagħmel ta’ bir-ruħu li għandu diżabilità; |
22. |
Ifakkar li r-reġistrazzjoni tal-persuni b'diżabilità għas-servizzi u għall-appoġġ ibbażat fuq il-baġit pubbliku ma għandhiex twassal għall-vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-privatezza tagħhom jew għall-ħolqien ta’ stigmi; |
Bidliet demografiċi u ambjent mingħajr ostakoli
23. |
Jenfasizza li t-tibdil demografiku se jwassal ukoll għal għadd dejjem akbar ta’ persuni anzjani b’diżabilità, peress li aktar nies se jesperjenzaw il-bidu ta’ xi diżabilità minħabba li n-nies qed jgħixu aktar fit-tul, u għalhekk se jkun hemm ħtieġa dejjem akbar li jiġu żviluppati u ddisinjati servizzi u soluzzjonijiet li huma ta’ ġid kemm għall-persuni b'diżabilità hi x’inhi l-età tagħhom u kemm għall-persuni anzjani b'diżabilità jew mingħajr diżabilità; |
24. |
Jinkoraġġixxi alleanzi bejn iż-żewġ gruppi fis-soċjetà, bil-għan li jsir kontribut għal tkabbir innovattiv, ibbażat ukoll fuq l-impjiegi u l-iżvilupp soċjali fl-Istati Membri u bil-għan li jiġu ssodisfati d-domandi l-ġodda li jirriżultaw mis-soċjetà li qed tixjieħ u mit-tibdil demografiku; |
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ kemm is-sanzjonijiet u kemm l-inċentivi pożittivi ħalli l-Istati Membri jimplimentaw l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) nru 1083/2006 u tirrispetta r-rekwiżiti legalment vinkolanti tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet tal-antidiskriminazzjoni u tal-aċċessibilità fil-Politika ta’ Koeżjoni futura 2014-2020 u timmoniterja u tivvaluta l-implimentazzjoni korretta tal-programmi ta’ finanzjament Ewropej u l-użu tal-Fondi Ewropej; |
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu tal-Fondi Strutturali Ewropej, speċjalment il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, biex tittejjeb l-aċċessibilità tal-oġġetti u tas-servizzi u tal-ambjent mibni permezz tal-użu tal-fondi Ewropej; |
Il-moviment liberu u servizzi mingħajr ostakoli
27. |
Jirrikonoxxi li l-moviment liberu huwa dritt fundamentali fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza li dan jinfluwenza b’mod pożittiv il-kwalità tal-ħajja u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà u s-suq tax-xogħol tal-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom fis-soċjetà, b’mod speċjali fir-rigward ta’ aċċess aħjar għas-servizzi tas-saħħa, filwaqt li tingħata aktar attenzjoni lill-persuni li għandhom mard kroniku li jġib diżabilità bil-għan li jitnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea kollha; |
28. |
Jirrimarka li, f’Ewropa li tippromwovi l-ugwaljanza u l-libertà tal-moviment fi ħdan it-territorju tagħha għaċ-ċittadini tagħha, id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor; |
29. |
Jenfasizza li t-trasportazzjoni aċċessibbli jħalli lill-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol b’mod aktar faċli u għalhekk jgħin fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; |
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrealizzaw l-aċċessibilità tas-servizzi aktar malajr permezz ta’ diversi strateġiji biex jitneħħew l-ostakoli għall-aċċess għal dawn it-teknoloġiji, inklużi prezzijiet aktar baxxi, kif ukoll inizjattivi ewlenin tal-UE2020 iddisinjati biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE2020; |
31. |
Ifakkar li l-mobilità hija kwestjoni ewlenija għall-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi u li l-ostakli speċifiċi għal ħajja ta’ dinjità u indipendenza għall-persuni b'diżabilità fl-UE għadhom estremament sinifikanti, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-portabilità tal-benefiċċji u tal-għajnuna kif ukoll tal-aċċess għall-faċilitajiet meħtieġa jew għall-għajnuna personali; |
32. |
Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità, skont id-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (2011/24/UE), huma intitolati għall- kura tas-saħħa transkonfinali u għandhom jingħataw aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE, aktar u aktar jekk jeħtieġu kura speċjalizzata ħafna; |
33. |
Jitlob li jkun hemm għarfien mutwu u aħjar tal-istatus ta’ diżabilità fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw prattika tajba bil-għan li jagħlqu l-lakuni li hemm bejn is-sistemi nazzjonali għall-valutazzjoni tal-grad(i) ta’ diżabilità fl-UE kollha, bil-għan li tiġi żgurata mobilità aħjar għall-persuni b'diżabilità; |
34. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiġu mħeġġa biex, fis-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom u meta n-nies jirtiraw, jirrikonoxxu l-involviment u x-xogħol mhux imħallas ta’ dawk, li ġeneralment huma nisa, li jieħdu ħsieb (carers) persuni b'diżabilità; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawn in-nisa; |
35. |
Jagħraf l-importanza tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE tal-4 ta’ Ġunju 1998 dwar karta tal-ipparkjar għall-persuni b'diżabilità, li tgħid li dik il-karta għandha teżisti f’format standard u għandha tkun rikonoxxuta mill-Istati Membri kollha bil-għan li jiġi ffaċilitat l-użu tal-karozza tad-detentur, u josserva li karta unifikata tal-UE għad-drittijiet tal-vjaġġaturi u għall-ksib u t-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan u kwalunkwe permessi jew dokumenti oħra li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiffaċilitaw il-mobilità bejn l-Istati Membri huma essenzjali għall-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà fl-Istati Membri kollha; jagħraf li suriet innovattivi ta’ għodod ta’ komunikazzjoni b’xejn għal min hu nieqes mid-dawl u għal min hu nieqes mis-smigħ, bħalma huma servizzi ta’ informazzjoni aċċessibbli speċjalment fir-rigward tas-servizzi onlajn, ukoll huma essenzjali għad-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tagħhom; dan jinkludi verżjonijiet ‘faċli biex jinqraw’ għall-persuni b’diżabilità konjittiva u intellettwali; jitlob li jitnaqqsu l-ostakli għal-libertà tal-moviment tal-persuni b'diżabilità, permezz tal-adozzjoni ta’ Karta Ewropea tal-Mobilità, fuq il-bażi tal-għarfien mutwu mill-Istati Membri tal-karti tad-diżabilità u l-benefiċċji u l-intitolamenti tad-diżabilità ħalli ssir aktar faċli biex il-persuni b'diżabilità jistudjaw, jaħdmu u jivvjaġġaw, anke bl-użu tal-qafas tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni; jitlob li l-Kummissjoni toħloq websajt aktar informattiv li jkun immirat għall-persuni b'diżabilità, li jkun jispjega d-drittijiet tagħhom u jipprovdi tagħrif speċifiku addizzjonali dwar l-ivvjaġġar; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippromwovu l-aċċess mingħajr ostakli fiżiċi għall-postijiet tax-xogħol u għad-djar għall-persuni b'diżabilità bħala mezz biex jiġu mgħejuna jintegraw fil-ħajja tax-xogħol; |
37. |
Jenfasizza li ekonomiji innovattivi u bbażati fuq l-għarfien ma jistgħux jiżviluppaw mingħajr kontenut u forom aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità regolati minn leġiżlazzjoni vinkolanti, bħalma huma paġni tal-Internet li jkunu aċċessibbli għal dawk nieqsa mid-dawl u kontenut bis-sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ, inklużi s-servizzi tal-midja tal-massa, servizzi onlajn għall-persuni li jużaw il-lingwi tas-sinjali, applikazzjonijiet tat-telefown intelliġenti (smart phone) u għajnuniet tattili u vokali fil-midja pubblika; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu approċċ fuq żewġ binari, li bih il-leġiżlazzjoni vinkolanti u l-istandards ikunu jidhru bħala strumenti kumplementari meħtieġa biex tinkiseb l-aċċessibilità; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni għandha tistabbilixxi qafas li jkun sostenibbli, minħabba l-iżviluppi rapidi li qed iseħħu fis-settur tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tat-telekomunikazzjoni (ICT); jinnota li l-istandards għandhom jikkonċernaw l-evoluzzjoni ta’ għodod li jistgħu jiżguraw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni; |
39. |
Jinsab konxju tan-nuqqas ta’ aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa, inkluż l-aċċess għat-tagħrif dwar is-saħħa u dwar il-kura tas-saħħa, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea taċċellera l-ħidma tagħha fuq ir-rakkomandazzjonijiet li se jappoġġjaw l-aċċess indaqs għas-servizzi tas-saħħa u għat-tagħrif dwar is-saħħa u dwar il-kura tas-saħħa; |
40. |
Jenfasizza li bil-għan li jintlaħaq stat ta’ involviment attiv tal-persuni b'diżabilità fl-oqsma kollha tal-ħajja soċjali, iridu jsiru sforzi biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet ta’ komunikazzjoni għall-persuni b'diżabilità mentali (pereżempju websajts li jkunu faċli biex jinqraw) u komunikazzjoni awmentata u alternattiva (KAA) għall-persuni li għandhom ħtiġijiet ta’ komunikazzjoni kumplessi; |
41. |
Jistieden lill-Istati Membri ħalli, bil-għajnuna tal-Kummissjoni, jinkoraġġixxu l-integrazzjoni u l-aċċettazzjoni fis-soċjetà tal-persuni b'diżabilità billi jtejbulhom l-aċċess għall-faċilitajiet u l-attivitajiet sportivi, rikreazzjonali u kulturali, inkluża l-promozzjoni u l-iskambju bejn l-Istati Membri ta’ materjal kulturali li jkun aċċessibbli għal min hu nieqes mid-dawl skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar l-aċċessibilità tal-infrastruttura kulturali u tal-attivitajiet kulturali għall-persuni b’diżabilità (17); |
42. |
Jistieden lill-Istati Membri jirrimedjaw in-nuqqasijiet li hemm fil-leġiżlazzjoni tal-aċċessibilità, speċjalment fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tat-trasport pubbliku u d-drittijiet tal-passiġġieri, inkluża l-ħsara li ssir lill-apparat tal-mobilità, is-servizzi tas-sistemi tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni elettroniċi u r-regoli dwar l-ambjenti mibnija pubbliċi u s-servizzi; |
Opportunitajiet indaqs
43. |
Hu tal-fehma li ‘opportunitajiet indaqs’ ma tistax tiġi interpretata li tfisser l-istess kundizzjonijiet u ċirkustanzi għal persuni bi ħtiġijiet differenti, u għalhekk jemmen li persuni b’diżabilitajiet differenti għandu jkollhom aċċess għal mezzi xierqa ta’ xiri ta’ oġġetti u servizzi, ħaġa li toħloq opportunitajiet indaqs ġenwini; |
44. |
Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi ggarantit aċċess universali, effettiv u mhux diskriminatorju għall-persuni b'diżabilità għall-ħarsien soċjali, il-vantaġġi soċjali, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, u għall-provvista tal-oġġetti u s-servizzi li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluża l-akkomodazzjoni, it-telekomunikazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-informazzjoni – inkluża l-informazzjoni pprovduta f’formati aċċessibbli – is-servizzi finanzjarji, il-kultura u r-rikreazzjoni, il-bini miftuħ għall-pubbliku, il-modi ta’ trasport u oqsma u faċilitajiet pubbliċi oħra; |
45. |
Jenfasizza li l-integrazzjoni fil-ħajja tax-xogħol u l-indipendenza ekonomika huma fatturi estremament importanti għall-integrazzjoni soċjali tal-persuni b'diżabilità; |
46. |
Jafferma mill-ġdid li l-prodotti, l-oġġetti u s-servizzi, inklużi l-verżjonijiet modifikati tagħhom, m’għandhomx ikunu diskriminatorji u għalhekk m’għandhomx ikunu jiswew aktar għall-persuni b’diżabilità; |
47. |
Isostni li l-SMEs iwettqu rwol kruċjali billi jagħtu lill-persuni b’diżabilità aċċess għal impjieg, kemm-il darba jistgħu jipprovdu ambjent tax-xogħol li jkun iwassal għat-tisħiħ tal-potenzjal personali u professjonali tal-persuni b’diżabilità; jenfasizza, għalhekk, li l-SMEs għandhom jiġu pprovduti mhux biss tagħrif komprensiv dwar miżuri ta’ ffaċilitar u appoġġ għall-ingaġġ ta’ persuni protetti imma wkoll l-informazzjoni relevanti kollha dwar it-teknoloġiji u l-korsijiet ta’ studju li jagħmlu lill-persuni b'diżabilità kapaċi jgħixu ħajja professjonali awtonoma u attiva; |
48. |
Jenfasizza kemm hu eċċezzjonalment importanti li jiġu impjegati persuni b'diżabilità fis-suq ordinarju tax-xogħol; jinsab konxju tal-ħtieġa kbira li jkun hemm suriet legali aktar flessibbli tar-relazzjonijiet tax-xogħol b’enfasi fuq is-suriet ġodda tar-relazzjonijiet bejn min iħaddem u l-impjegat, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri jadottaw miżuri legali u finanzjarji li se jappoġġjaw b’mod effettiv l-impjegar tal-persuni b'diżabilità; |
49. |
Jistieden lill-Istati Membri jtejbu u jadattaw il-politiki tagħhom tal-impjiegi attivi biex il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jingħaqdu mas-suq tax-xogħol kif ukoll jibqgħu fih; iħeġġeġ l-introduzzjoni ta’ inizjattivi li jkunu allinjati mal-ħtiġijiet ta’ kull waħda mit-tipi ta’ diżabilità, inklużi pjanijiet u gwida vokazzjonali li joperaw mill-mument meta individwi li huma fil-bżonn jirreġistraw mas-servizzi stabbiliti għal dan il-għan; |
50. |
Jenfasizza li l-workshops protetti u l-postijiet tax-xogħol integrati, għalkemm mhumiex fuq l-istess livell mal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol miftuħ, huma modi siewja kif jiġu akkumpanjati u appoġġjati l-persuni kollha b’diżabilitajiet differenti u fi stadji differenti tal-ħajja, inkluż permezz ta’ akkomodazzjoni raġonevoli fit-tranżizzjoni lejn suq tax-xogħol miftuħ, u hu tal-fehma li ċaħda mhix ġustifikata ta’ akkomodazzjoni raġonevoli (Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/78/KE) għandha titqies bħala sura ta’ diskriminazzjoni, skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità; jinnota li f’xi Stati Membri, il-workshops protetti u l-kwoti jistgħu jintużaw bħala tranżizzjoni għas-suq tax-xogħol miftuħ, bil-provvediment ta’ faċilitajiet speċifiċi għall-persuni b'diżabilità u ta’ persunal li jkun imħarreġ biex jaqdu l-bżonnijiet tagħhom; jenfasizza li, f’impriżi kbar, il-ħatra ta’ rappreżentanti minn fost il-persuni b'diżabilità, fejn huma jkunu jistgħu jitkellmu għalihom infushom, għandha tintlaqa’ b’sodisfazzjon, kif l-istess għandu jkun it-tisħiħ ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-NGOs u l-SMEs lokali relevanti; jenfasizza li l-assistenti personali għandhom jiġu appoġġjati jekk ikun hemm bżonn, peress li dan ikun itejjeb b’mod sinifikanti l-opportunitajiet għall-persuni b'diżabilità biex ikollhom sieqhom ġos-suq tax-xogħol; |
51. |
Jenfasizza l-importanza ta’ programmi tranżizzjonali li, l-ewwel nett, joffru opportunitajiet għax-xogħol, li jibdew bil-workshops protetti u li jipprogressaw għas-suq tax-xogħol miftuħ, u, it-tieni nett, li joħolqu qafas aktar flessibbli għat-tranżizzjoni mir-rijabilitazzjoni professjonali għal suriet oħra ta’ impjieg hi u tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropa 2020; |
52. |
Jistieden lill-Istati Membri jikkonsolidaw u jtejbu l-politiki tal-impjiegi attivi adottati bil-ħsieb li l-persuni b'diżabilità jiġu integrati fuq il-post tax-xogħol, u jżidu l-effikaċja tal-korpi nazzjonali responsabbli; |
53. |
Jinnota li l-Istati Membri għandhom, bħala prijorità, jiftiehmu u jadottaw malajr kemm jista’ jkun il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426); jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħti l-appoġġ tagħha biex jingħelbu d-diffikultajiet tekniċi fi ħdan il-Kunsill bil-għan li jiġi żgurat li jintlaħaq ftehim malajr; jinnota li l-politika ta’ kontra d-diskriminazzjoni twettaq irwol ewlieni fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-impjiegi għall-persuni b'diżabilità; |
54. |
Jitlob li l-leġiżlazzjoni Ewropea tal-akkwist pubbliku tiġi eżaminata mill-ġdid bil-għan li l-kriterji tal-aċċessibilità jsiru mandatorji għall-infurzar ta’ kriterji tal-għażla mmirati biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, l-innovazzjoni u l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità; |
55. |
Jenfasizza li, minkejja d-differenzi li hemm bejn l-Istati Membri, il-maġġoranza l-kbira tas-sistemi tas-sigurtà soċjali mhumiex flessibbli biżżejjed biex l-individwi jirċievu l-benefiċċji b’mod li jħallihom jibqgħu fis-suq tax-xogħol; jitlob li dawn is-sistemi jiġu riveduti bil-għan li jsiru aktar proattivi ħalli l-individwi li jirċievu l-benefiċċji jew li għandhom diżabilità parzjali jkunu jistgħu jibqgħu fis-suq tax-xogħol; |
56. |
Ifakkar li l-Kummissjoni nfisha, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Strateġija Ewropea dwar id-Diżabilità, tesprimi tħassib rigward id-disponibilità skarsa ta’ sottotitoli fit-televiżjoni u ta’ awdjodeskrizzjonijiet fuq it-televiżjoni fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza b’mod speċjali l-fatt li għal diversi snin tmexxiet kampanja pan-Ewropea minn organizzazzjonijiet tal-persuni torox u ta’ dawk neqsin mis-smigħ bl-appoġġ tal-Parlament Ewropew biex jiġi żgurat aċċess aktar wiesa’ għas-sottotitolar fuq it-televiżjoni fl-Unjoni Ewropea; jitlob li ssir implimentazzjoni aktar għaqlija tal-obbligu li għandhom l-Istati Membri skont id-Direttiva 2007/65/KE li jinkoraġġixxu lix-xandara jiżguraw aċċessibilità akbar tas-servizzi tal-midja lill-persuni li għandhom diżabilità fis-smigħ jew diżabilità viżwali; jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi possibilitajiet ta’ finanzjament speċifiku għax-xandara pubbliċi bil-għan li tgħinhom jintroduċu l-qafas tas-servizzi ta’ sottotitoli u ta’ awdjodeskrizzjoni fil-programmi tagħhom; |
L-investiment fil-persuni b’diżabilità
57. |
Isib li l-livell tal-impjegar tal-persuni b'diżabilità madwar l-Ewropa huwa miżerabilment baxx u jfakkar lill-istituzzjonijiet Ewropej li l-għanijiet tal-Istrateġija UE2020 ma jistgħux jintlaħqu kemm-il darba ma tittejjibx is-sitwazzjoni ta’ dawn in-nies; is-soċjetà għandha għalhekk tiġi familjarizzata mad-diżabilità u għandha taċċettaha, inkluż fil-livell tal-edukazzjoni ta’ qabel l-edukazzjoni formali u fil-livell tal-iskola primarja; |
58. |
Jistqarr li s-sistemi preżenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu rata għolja ta’ persuni b'diżabilità li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien mingħajr ma jkun hemm politiki pubbliċi addizzjonali li joffru appoġġ speċifiku għat-tagħlim, peress li ċ-ċifra relatata mal-objettiv tal-Ewropa2020 tirrappreżenta tnaqqis ta’ anqas minn 10 %; jenfasizza li dan iwassal għal żvantaġġi sinifikanti mil-lat soċjali u mil-lat tal-impjiegi, u konsegwentement għall-faqar, fost il-persuni b'diżabilità, b’mod speċjali matul il-kriżi ekonomika preżenti; jenfasizza, minħabba r-rata għolja ta’ persuni b'diżabilità li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien u fid-dawl tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2010 dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-ħtieġa li jsir investiment fi, u ssir il-promozzjoni ta’, programmi effettivi (inklużi alternattivi) edukattivi u ta’ taħriġ (vokazzjonali), li jkunu mfassla apposta skont il-ħtiġijiet, l-attributi u l-abilitajiet tal-persuni b'diżabilità, u jinnota li dan jirrikjedi d-disponibilità ta’ għadd adegwat ta’ professjonisti kwalifikati u motivati bi programmi sodi u adattati, kif ukoll id-disponibilità ta’ tali programmi fil-kurrikula tal-istabbilimenti kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u tal-edukazzjoni ogħla, inkluż fil-programmi estrakurrikulari għall-persuni b'diżabilità, bil-għan li jiġu miġġielda l-attitudnijiet negattivi li hemm lejn it-tfal b’diżabilità u biex huma jottjenu kwalifiki adegwati għas-suq modern u miftuħ tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jgħinu lill-persuni b'diżabilità jkunu kapaċi jkollhom aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar programmi eżistenti ta’ mobilità u edukazzjoni kif ukoll aċċess ugwali għall-programmi tat-Tagħlim Tul il-Ħajja; jinnota, peress li dan hu l-każ, li hemm il-ħtieġa li l-antidiskriminazzjoni tiġi integrata fl-Ewropa2020 u fl-inizjattivi ewlenin tagħha bil-għan li jitwettaq l-Artikolu 24 tal- Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità; |
59. |
Jikkonferma li l-edukazzjoni inklussiva għandha tkun il-punt fokali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-akkreditazzjoni tat-tagħlim esperjenzali preċedenti, u li dan għandu għalhekk jiġi enfasizzat fi ħdan il-qafas stateġiku għall-koperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (‘ET 2020’) kif ukoll l-Inizjattiva Ewlenija għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi tal-UE2020; jinnota, barra minn hekk, il-ħtieġa li jkun hemm linji gwida ġodda u xierqa u użu xieraq tat-teknolġija tal-informazzjoni fl-iskejjel u fid-djar biex tiġi pprovduta għajnuna personali u personalizzata; |
60. |
Jenfasizza li t-tfal kollha, inklużi dawk b’diżabilità, jeħtieġu li jkunu ggarantiti d-dritt għall-aċċess universali għas-setturi u l-livelli kollha tal-edukazzjoni fl-istituzzjonijiet kollha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-informazzjoni ġenerali pprovduta għall-familji bi tfal b’diżabilità sabiex jiġu inklużi r-rikonoxximent u l-appoġġ bikrija u jinfetħu soluzzjonijiet possibbli għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom; jenfasizza l-importanza tal-appoġġ mill-istat għall-familji tal-persuni b'diżabilità, f’dak li hu finanzjament, għajnuna (inklużi servizzi ta’ kura tat-tfal), dispożizzjoni ta’ kura tas-saħħa, appoġġ psikoloġiku u l-iskambju tal-għarfien espert, kif ukoll siegħat tax-xogħol aktar flessibbli għall-ġenituri (jew ġenitur minnhom) bi tfal b’diżabilità; għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu uffiċċji dedikati u aċċessibbli fejn jistgħu jinkisbu informazzjoni u pariri amministrattivi; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw lill-familji tal-persuni b'diżabilità u lill-professjonisti li jaħdmu fis-sistemi tas-saħħa nazzjonali permezz ta’ informazzjoni u miżuri ta’ taħriġ b’miri speċifiċi u billi l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti jiġu involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fil-proċessi tal-monitoraġġ; |
61. |
Jenfasizza li dawk li jħaddmu għandhom jippermettu lill-persuni b'diżabilità jassumu pożizzjoni ta’ xogħol, jekk ikunu kkwalifikati, u javvanzaw fiha, u għandhom jappoġġjawhom bit-taħriġ; |
62. |
Jenfasizza l-ħtieġa li titrawwem il-promozzjoni ta’ proġetti ta’ taħriġ integrati marbuta max-xogħol li jħallu liż-żgħażagħ b’diżabilità jkunu jistgħu jagħmlu tranżizzjoni prattika immedjata mill-edukazzjoni għall-ħajja tax-xogħol; |
63. |
Jenfasizza li għandhom isiru sforzi wkoll biex tiġi indirizzata l-kwestjoni tal-edukazzjoni u t-tagħlim mhux formali għaż-żgħażagħ b’diżabilità, inkluż f’oqsma bħalma huma r-relazzjonijiet soċjali, il-midja tal-massa (li għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ aċċessibilità li kulma jmur isiru aktar stretti), l-isport, ir-rikreazzjoni u l-attivitajiet li jsiru fil-beraħ, skont il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull tifel u tifla jew persuna żagħżugħa; jenfasizza li dawn mhumiex sempliċement għodod kruċjali għall-iżvilupp b’saħħtu ta’ kull individwu, imma wkoll drittijiet inaljenabbli rikonoxxuti min-NU; |
64. |
Jenfasizza li t-tagħlim tul il-ħajja huwa mod kruċjali kif jiġu appoġġjati u mkabbra l-adattabilità u l-kontinwanza tal-impjiegi għall-persuni b'diżabilità, u li huwa partikolarment relevanti li n-nies li jibdew isofru diżabilità matul iż-żmien tal-impjieg, speċjalment għall-persuni li jkollhom marda evolwenti li twassal għad-diżabilità; |
65. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw jew jistabbilixxu servizzi ta’ rijabilitazzjoni fil-qasam tas-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjiegi, l-għodod għal ħajja indipendenti, it-trasport, eċċ. li huma aktar effettivi u li għandhom elementi komuni; dawn mhux biss għandhom jiġu mmonitorjati u mfassla individwalment imma għandhom ukoll jgħinu l-ippjanar fit-tul tal-baġits u tal-iżvilupp; |
66. |
Jemmen li finanzjament xieraq jeħtieġ li jiġi dirett lejn organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità; jinsisti li għal tali organizzazzjonijiet ir-rata ta’ kofinanzjament għandha tkun ta’ mhux anqas minn 10 % tal-valur tal-proġetti ppreżentati minnhom, minħabba d-diffikultajiet finanzjarji magħrufa tagħhom; |
Stili ta’ ħajja
67. |
Jenfasizza li r-responsabilita soċjali korporattiva volontarja tista’ wkoll tkun impetu importanti għall-qagħda tal-persuni b’diżabilità; jitlob għall-introduzzjoni ta’ għajnuna u sussidji speċjalment fir-rigward tal-fondi u l-ipprogrammar tal-UE, li jkunu jvarjaw skont it-tip ta’ kuntratt, għall-kumpaniji u l-individwi li jingaġġaw ħaddiema b’diżabilità; jistieden lill-atturi u lill-partijiet interessati jappoġġjaw u japplikaw prattika tajba f’dan il-qasam, speċjalment fir-rigward tan-nisa li għandhom tfal b’diżabilità; |
68. |
Jafferma mill-ġdid li t-taħriġ tal-uffiċjali pubbliċi fl-istituzzjonijiet tal-UE u fl-Istati Membri f’kif għandhom jilqgħu jew jagħtu informazjoni lill-persuni b’diżabilità għandu jkun ir-regola, u li l-aċċess għal dokument u proċeduri legali pubbliċi għandu jiġi appoġġjat minn azzjonijiet konkreti; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jkunu ta’ eżempju rigward l-impjegar tal-persuni b’diżabilità u jħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu din l-istrateġija wkoll; |
69. |
Jenfasizza li l-politiki għat-trawwim u l-appoġġ ta’ intraprenditorja indipendenti għandhom jagħtu attenzjoni xierqa lill-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol u fl-isfera tal-attività ekonomika, peress li din l-integrazzjoni hija għajn ta’ flessibilità li tħallihom kapaċi, f’ħafna każijiet, jegħlbu l-limiti u l-ostakli fil-post tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu aktar għajnuna xierqa u effettiva għall-politiki tal-intraprenditorja indipendenti li jikkonċernaw lil dan il-grupp; |
70. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta b’mod aktar effettiv il-vantaġġi tal-aċċessibilità u tintegra l-ispejjeż u n-nefqa involuti biex jinħoloq ambjent ħieles mill-ostakli għal kulħadd speċjalment fir-rigward ta’ soċjetà li qiegħda tixjieħ; |
71. |
Jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ suriet speċjali ta’ liv ħalli l-ġenituri jkunu jistgħu jieħdu ħsieb uliedhom li għandhom diżabilità; iħeġġeġ, barra minn hekk, li l-impenn muri u l-ħidma mwettqa mill-ġenituri ta’ tfal b’diżabilità għandhom jiġu rikonoxxuti billi jiġu mgħodda bħala esperjenza professjonali u billi jitqiesu b’mod speċifiku meta jiġu kkalkulati l-intitolamenti tal-pensjoni tax-xjuħ; |
72. |
Jenfasizza li l-aċċess ħieles mill-ostakli għas-servizzi tas-saħħa u għal servizzi kumplessi ta’ rijabilitazzjoni ma jwaqqafx id-deterjorament tas-saħħa għalkollox, partikolarment f’soċjetà li qed tixjieħ, u hu għalhekk li kulħadd għandu responsabilità f’dawk li huma attivitajiet ta’ kuljum u abitudnijiet konsumistiċi jekk għandna naslu għal stat ta’ soċjetà sostenibbli li fiha għandu jitqiegħed valur dejjem akbar fuq is-saħħa, mill-prevenzjoni sar-rijabilitazzjoni; |
Il-ġlieda kontra l-faqar
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkollha appoġġ finanzjarju adegwat għall-organizzazzjoni umbrella tal-UE li tirrappreżenta lill-persuni b'diżabilità, kif ukoll organizzazzjonijiet Ewropej oħra ta’ defiċjenzi speċifiċi, bil-għan li tippermetti l-parteċipazzjoni sħiħa fit-tfassil tal-politiki u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tibni fuq l-impenji fl-EDS u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u fi proċessi oħra tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw kwestjonijiet relatati mal-persuni b'diżabilità; |
74. |
Jiddeplora l-fatt li l-persuni b'diżabilità jridu jassumu piż finanzjarju addizzjonali – in-nefqa żejda fuq perjodu qasir li jkollhom apparentement minħabba d-diżabilità tagħhom – fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, li għandha impatt kunsiderevoli fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom; |
75. |
Jistieden lill-Kummissjoni ħalli, fid-dawl tal-miri tagħha dwar it-tnaqqis tal-faqar, tiddiżaggrega ċ-ċifri tal-faqar bil-għan li tikkalkula n-numri ta’ persuni b’diżabilità li qed jesperjenzaw il-faqar ħalli jkunu jistgħu jintlaħqu miri komparabbli għat-tnaqqis tal-faqar tal-persuni b'diżabilità fi ħdan il-qafas tal-istrateġija UE 2020; |
76. |
Jirrimarka li l-eliminazzjoni jew it-tafja serja ta’ dan il-faqar ikunu jinvolvu li jkun hemm aktar persuni b'diżabilità li jkollhom xogħol, sitwazzjoni li żżid id-dħul nett tat-taxxi għall-istat u tnaqqas il-għadd ta’ persuni li jkunu jeħtieġu benefiċċji għal raġunijiet ta’ faqar estrem; |
77. |
Jikkonferma li, filwaqt li jfakkar fl-impetu tas-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali kif ukoll il-Pjattaforma Ewropea l-ġdida kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, it-tnaqqis tal-faqar ma jistax jintlaħaq mingħajr ma wieħed jintegra l-persuni b'diżabilità, ibda bil-qasam tal-edukazzjoni u aktar tard fis-suq tax-xogħol, u mingħajr ma wieħed jaġġusta l-politiki tad-dħul rigward is-sistemi tal-pensjonijiet tal-invalidità u tad-diżabilità skont il-punt 12 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO adottati waqt il-laqgħa tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2009, filwaqt li wieħed jiftakar li dan il-proċess jista’ jwassal ukoll għal stigmatizzazzjoni; |
78. |
Jagħraf li l-iskoperta u l-għajnuna bikrija huma vitali u fundamentali fil-każ tat-tfal b’diżabilità u għandhom jitqiesu bħala investiment għall-futur imbiegħed f’soċjetà li qed tixjieħ; josserva li l-familji tal-persuni b'diżabilità huma aktar esposti għar-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, u li għandha tingħatalhom attenzjoni speċjali; |
79. |
Jistieden lill-Istati Membri jevitaw it-tnaqqis mhux ġustifikat fil-ħarsien soċjali għall-persuni b’diżabilità taħt il-politiki ta’ awsterità li ddaħħlu b’rispons għall-kriżi ekonomika, peress li huwa meħtieġ li jiġi żgurat standard tal-għajxien aċċettabbli għalihom bħala dritt inaljenabbli; |
80. |
Jistqarr li l-persuni b'diżabilità jinsabu partikolarment f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u faqar u jenfasizza l-fatt li r-rata tal-faqar tal-persuni b'diżabilità hija 70 % ogħla minn dik tal-persuni li ma għandhomx diżabilità; jenfasizza li l-persuni b’diżabilità severa jew b’diżabilitajiet multipli u l-ġenituri mingħajr sieħeb/sieħba li għandhom tfal b’diżabilità jinsabu fl-aktar pożizzjoni vulnerabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu d-drittijiet tagħhom u jieħdu miżuri biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom billi jipprovdu, inter alia, aċċess għal tagħrif prattiku dwar kwestjonijiet tal-ħajja ta’ kuljum, inkluż billi jagħmluhom familjari ma’ proċeduri u servizzi ta’ bini ta’ ħiliet li għandhom impatt fuq il-ħajja tal-familja; |
81. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jieħdu aktar passi u jipproduċu rapporti regolari rigward mard rari u jipprovdu għajnuna reali bl-iżvilupp ta’ kuntatti bejn il-ġenituri u l-ispeċjalisti li jgħixu l-eqreb lejn darhom; hu tal-fehma li dan għandu jitqies u jiġi vvalutat fix-xogħol tal-organizzazzjoni INSERM; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-twaqqif ta’ netwerk Ewropew ta’ ċentri akkreditati għad-dijanjożi u t-trattament ta’ forom speċifiċi ta’ mard rari, sabiex jikkoordina u jissorvelja l-attivitajiet tagħhom u l-benefiċċji li huma joffru lill-pazjenti; |
Il-Parlament ikompli jitlob b’insistenza approċċ soċjalment sostenibbli u bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem
82. |
Jikkonferma li, ibbażat fuq id-drittijiet il-ġodda approvati fil-Karta tal-UE, il-Kummissjoni għandha l-approċċ korrett għall-opportunità ugwali: it-tisħiħ tal-antidiskriminazzjoni, l-appoġġ tal-politiki tal-inklużjoni attiva u s-sensibilizzazzjoni dwar id-diżabilità, inklużi l-kunċetti ta’ Disinn għal Kulħadd u ta’ Disinn Universali, u l-enfasi fuq l-importanza tal-akkomodazzjoni raġonevoli; |
83. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jirratifikaw u jimplimentaw malajr il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità kif ukoll il-Protokolli Mhux Obbligatorji tagħha u jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li taderixxi mal-Protokoll Mhux Obbligatorju tal-Konvenzjoni; |
84. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jikkunsidraw jikkonkludux ftehim interistituzzjonali mal-Parlament Ewropew u jfasslu fi żmien sena rakkomandazzjoni speċifika biex il-Parlament ikun involut fil-montoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità; |
85. |
Jistieden lill-Kunsill jadotta l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar il-konklużjoni mill-UE tal-Protokoll Mhux Obbligatorju, filwaqt li jenfasizza l-fatt li l-mekkaniżmu stabbilit minn dan il-Protokoll jista’, bl-involviment tal-Parlament Ewropew, iwassal għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità mill-UE; |
86. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa miżuri konkreti, xierqa u aktar dettaljati u tistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ għal-livelli kollha ta' governanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-EDS skont il-lista ta' azzjonijiet tal-EDS, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew; |
87. |
Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw kemm jista’ jkun miżuri xierqa u għodod imfassla (minbarra l-aspett mediku) għal livell ogħla ta’ ħajja indipendenti sabiex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs u ħajja attiva għall-persuni b'diżabilità; |
88. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mgħejjuna dawk li jistgħu jaħdmu u li jridu jibqgħu fis-suq tax-xogħol, anke jekk ikunu tilfu parti mill-kapaċitajiet funzjonali tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu kultura ta’ inklussività u jgħinu lill-persuni li għandhom kapaċità parzjali ta' xogħol jintegraw fis-suq tax-xogħol; |
89. |
Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw (mill-ġdid) l-azzjonijiet u l-programmi jew strateġiji nazzjonali tagħhom relatati mad-diżabilità fil-perjodu u l-qafas tal-EDS f’konformità mal-Istateġija UE2020 u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità; |
90. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva għal Att Ewropew dwar id-Diżabilità kif hemm imħabbar fl-EDS, filwaqt li tenfasizza l-ħtieġa ta’ miżuri vinkolanti b’saħħithom fil-livell tal-UE biex tittejjeb l-aċċessibilità tal-oġġetti u s-servizzi għall-persuni b'diżabilità, bi pjan direzzjonali ċar; |
91. |
Jistieden lill-Istati Membri jadottaw, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, miżuri soċjali speċifiċi biex jiġi żgurat aċċess indaqs għall-kura tas-saħħa, inklużi servizzi tas-saħħa u ta’ riabilitazzjoni ta' kwalità għolja għall-persuni b'diżabilità mentali u għal dawk b’diżabilità fiżika; |
92. |
Jenfasizza l-importanza tar-riċerka dwar metodi terapewtiċi ġodda li jkomplu jiffaċilitaw aktar l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità fis-soċjetà; jirrimarka, f’dan ir-rigward, li t-terapija bid-drama u bl-annimali ta’ kumpanija, pereżempju, qed juru li huma effikaċi fil-promozzjoni tas-soċjalizzazzjoni u tal-komunikazzjoni interpersonali; |
93. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tgħin lil dawk b’defiċjenzi tal-vista biex iwettqu transazzjonijiet kummerċjali; |
94. |
Jistieden lill-Kummissjoni jkollha referenzi relatati mad-diżabilità aktar b’saħħithom fir-reviżjoni ppjanata tar-riforma tal-akkwist pubbliku; |
95. |
Jistieden lill-Kummissjoni ħalli, skont l-eżitu tad-dibattitu wara l-pubblikazzjoni tal-Green Paper dwar il-Pensjonijiet, targumenta favur politika dwar id-diżabilità li tkun tmiss l-aspetti kollha fil-white paper li ħierġa dalwaqt, li għandha tiġi ppubblikata fit-tieni nofs tal-2011; |
96. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk aktar miżuri meħuda fil-kuntest tal-Fondi Strutturali Ewropej speċjalment fir-rigward tal-Fond għall-Iżvilupp Rurali jgħinux lill-persuni b'diżabilità jkunu ċittadini attivi li jgħixu fiż-żoni rurali fl-Ewropa; |
97. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħmlu kull sforz biex ifasslu regoli dwar l-iskrining personali meta jintużaw is-servizzi tat-trasport li se jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-passiġġieri u jaqdu l-għan tal-vjaġġi tagħhom, b’mod partikolari rigward l-apparat, l-għajnuna u l-aċċessorji mediċi li jistgħu jittellgħu abbord, u biex tinkiseb interpretazzjoni ċara u komuni tar-rekwiżiti ta’ sigurtà eżistenti sabiex jiġi assigurat li l-persuni b’diżabilità ma jiġux imċaħħda mill-opportunità li jivvjaġġaw – fin-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni xierqa u sa livell sproporzjonat – sempliċement biex jiġi evitat l-inkonvenjent lill-fornitur tas-servizz; |
98. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi ħalli naslu biex għall-għomja u dawk b’defiċjenzi serji tal-vista jkollna servizzi mfasslin individwalment u bbażati fuq in-navigazzjoni u biex tirrapporta dwar dawn kull sena u tagħmel rakkomandazzjonijiet speċifiċi – filwaqt li tqis l-iżvilupp teknoloġiku dinamiku – li jassiguraw li jsir progress u li jkun possibbli trasport bieb bieb multimodali, kontinwu, kif spjegat fil-White Paper bit-titolu ‘Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti’; |
99. |
Jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid il-provvediment tagħhom tas-servizzi tas-saħħa għall-persuni b’diżabilità, bħalma huma miżuri komprensivi relatati mal-aċċessibilità fiżika għas-servizzi, it-taħriġ u l-persunal mediku, is-sensibilizzazzjoni, l-informazzjoni pprovduta f’formati aċċessibbli, servizzi ta’ konsulta personalizzati, inkluża t-traduzzjoni għal diversi lingwi, u servizzi tas-saħħa mfassla skont il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità; |
100. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ħalli, meta jkunu qed jagħtu appoġġ għall-isport u r-rikreazzjoni għall-persuni b'diżabilità, jevitaw li jagħmlu distinzjonijiet meta jkunu qed jidentifikaw id-diżabilitajiet, u jħeġġeġ lill-Kunsill ikompli bl-isforzi tiegħu, filwaqt li jfakkar li l-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa kien wiegħed, fil-1986, li jappoġġja l-isport għall-persuni b'diżabilità; |
101. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill itejbu l-aċċess għall-persuni b'diżabilità fil-qasam tad-dritt tal-awtur, inkluż skambju akbar tal-aħjar prattiki, biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-aqwa suriet ta’ kooperazzjoni, u biex jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi jkunu regolati minn rekwiżiti xierqa, komuni u obbligatorji rigward il-persuni b'diżabilità, b’enfasi partikolari fuq dawk li għandhom defiċjenzi tal-vista; |
102. |
Jenfasizza li, skont l-ispirtu tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, id-Direttiva 2005/29/KE dwar il-prattiċi kummerċjali żleali – b’mod partikolari d-dispożizzjoni dwar l-omissjonijiet qarrieqa – hija wkoll relevanti għall-persuni b'diżabilità; |
103. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu azzjoni fuq il-bażi tal-prattika u l-esperjenza tal-Parlament Ewropew biex iġibu t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) ħielsa mill-ostakli għall-persuni nieqsa mis-smigħ, skont id-deċiżjonijiet tal-Parlament tal-1988 u tal-1998, u jirrappurtaw dwar dan kull sena lill-MEP(s) ikkonċernati; |
104. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħejji studju bil-ħsieb tal-persuni li għandhom defiċenzi tal-vista li janalizza l-karatteristiċi tad-displays diġitali (interfaces) tal-prodotti industrijali u domestiċi u soluzzjonijiet tal-informazzjoni ekwivalenti alternattivi għall-persuni b’defiċjenzi tal-vista u tagħmel proposti leġiżlattivi speċifiċi; |
105. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jirrikonoxxu l-lingwa tas-sinjali bħala lingwa uffiċjali fl-Istati Membri; jinnota li l-Istati Membri għandhom għalhekk jaħdmu favur il-possibilità ta’ tali rikonoxximent, skont id-Dikjarazzjoni ta’ Brussell tad-19 ta’ Novembru 2010; |
106. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni lill-inklużjoni tal-interessi tal-persuni b’diżabilità, skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju tan-NU, meta tkun qed tittratta l-assistenza għar-relazzjonijiet internazzjonali u l-iżvilupp; |
*
* *
107. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(2) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(3) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(4) ĠU C 137, 27.5.2010, p. 68.
(5) ĠU L 167, 12.6.1998, p. 25.
(6) ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.
(7) ĠU C 187, 18.7.1988, p. 236.
(8) ĠU C 158, 26.6.1989, p. 383.
(9) ĠU C 284, 2.11.1992, p. 49.
(10) ĠU C 17, 22.1.1996, p. 196.
(11) ĠU C 152, 27.5.1996, p. 87.
(12) ĠU C 20, 20.1.1997, p. 386.
(13) ĠU C 132, 28.4.1997, p. 313.
(14) ĠU C 76E, 25.3.2004, p. 231.
(15) ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56.
(16) Testi Adottati, P7_TA(2011)0081.
(17) ĠU C 134, 7.6.2003, p. 7.